|
+Artikolu 17 3. |
Artikolu 17 3.Fi żmien erba' xhur minn meta tirċievi notifika magħmula skont il-paragrafu 1, l-entità għandha tipproponi lill-awtorità ta' riżoluzzjoni miżuri possibbli sabiex jiġu indirizzati jew jitneħħew l-impedimenti sostantivi identifikati fin-notifika. L-entità għandha, fi żmien ġimagħtejn minn meta tirċievi n-notifika magħmula skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, tipproponi lill-awtorità ta' riżoluzzjoni miżuri possibbli u l-iskeda ta' żmien għall-implimentazzjoni tagħhom biex tiżgura li l-entità tikkonforma mal-Artikoli 45e jew 45f ta' din id-Direttiva u r-rekwiżit ta' riżerva kombinata, meta impediment sostantiv għar-riżolvibbiltà huwa dovut għal kwalunkwe waħda mis-sitwazzjonijiet li ġejjin:
(a)
l-entità tissodisfa r-rekwiżit ta' riżerva kombinata meta kkunsidrat flimkien ma' kull wieħed mir-rekwiżiti msemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 141a(1) tad-Direttiva 2013/36/UE, iżda ma tissodisfax ir-rekwiżit ta' riżerva kombinata meta kkunsidrat flimkien mar-rekwiżiti msemmija fl-Artikoli 45c u 45d ta' din id-Direttiva, meta kkalkolat f'konformità mal-punt (a) tal-Artikolu 45(2) ta' din id-Direttiva; jew
(b)
l-entità ma tissodisfax ir-rekwiżiti msemmija fl-Artikoli 92a u 494 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jew ir-rekwiżiti msemmija fl-Artikoli 45c u 45d ta' din id-Direttiva. L-iskeda ta' żmien għall-implimentazzjoni ta' miżuri proposti taħt it-tieni subparagrafu għandha tieħu kont tar-raġunijiet għall-impediment sostantiv. L-awtorità ta' riżoluzzjoni, wara li tikkonsulta lill-awtorità kompetenti, għandha tivvaluta jekk il-miżuri proposti taħt l-ewwel u t-tieni subparagrafi effettivament jindirizzawx jew ineħħux l-impedimenti sostantivi inkwistjoni. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|