+Artikolu 19 Ftehim ta’ għajnuna finanzjarja tal-grupp
---+Artikolu 19 1.
---+Artikolu 19 2.
---+Artikolu 19 3.
---+Artikolu 19 4.
---+Artikolu 19 5.
---+Artikolu 19 6.
---+Artikolu 19 7.
---+Artikolu 19 8.
---+Artikolu 19 9.

Artikolu 19 Ftehim ta’ għajnuna finanzjarja tal-grupp

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 19 1.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li istituzzjoni prinċipali fi Stat Membru, istituzzjoni prinċipali tal-Unjoni, jew entità msemmija fil-punt (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) u s-sussidjarji tagħha fi Stati Membri jew pajjiżi terzi oħrajn li huma istituzzjonijiet jew istituzzjonijiet finanzjarji koperti bis-superviżjoni konsolidata tal-impriża prinċipali, jistgħu jidħlu fi ftehim biex jipprovdu għajnuna finanzjarja lil kwalunkwe parti oħra għall-ftehim li tissodisfa l-kondizzjonijiet għal intervent bikri skont l-Artikolu 27, sakemm il-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan il-Kapitolu jkunu ntlaħqu.
Artikolu 19 2.
Dan il-Kapitolu ma japplikax għall- arranġamenti finanzjarji fi ħdan il-grupp inklużi arranġamenti ta’ finanzjament u l-operazzjoni ta’ arranġamenti ta’ finanzjament ċentralizzati sakemm l-ebda parti għal tali arranġamenti ma tissodisfa l-kondizzjonijiet għal intervent bikri.
Artikolu 19 3.

Ftehim ta’ għajnuna finanzjarja tal-grupp m’għandux jikkostitwixxi prerekwiżit:

(a) 

biex tiġi pprovduta għajnuna finanzjarja tal-grupp lil kwalunkwe entità fi grupp li tesperjenza diffikultajiet finanzjarji jekk l-istituzzjoni tiddeċiedi li tagħmel hekk, fuq bażi ta’ każ b’każ u skont il-politiki tal-grupp jekk dan ma jirrappreżentax riskju għall-grupp kollu; jew

(b) 

għall-operat fi Stat Membru.

Artikolu 19 4.
L-Istati Membri għandhom ineħħu kwalunkwe impediment legali fid-dritt nazzjonali għal tranżazzjonijiet ta’ għajnuna finanzjarja fi ħdan il-grupp li jitwettqu skont id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu, bil-kondizzjoni li xejn f’dan il-Kapitolu ma għandu jżomm l-Istati Membri milli jimponu limitazzjonijiet fuq tranżazzjonijiet fi ħdan il-grupp b’konnessjoni ma’ liġijiet nazzjonalili jeżerċitaw l-għażliet stipulati fir-Regolament (UE) Nru 575/2013, li jittrasponu d-Direttiva 2013/36/UE jew li jesiġu s-separazzjoni ta’ partijiet ta’ grupp jew ta’ attivitajiet imwettqa fi ħdan grupp għal raġunijiet ta’ stabbiltà finanzjarja;
Artikolu 19 5.

Il-ftehim ta’ għajnuna finanzjarja tal-grupp jista’:

(a) 

ikopri sussidjarja waħda jew aktar tal-grupp, u jista’ jipprevedi għajnuna finanzjarja mill-impriża prinċipali lis-sussidjarji, mis-sussidjarji lill-impriża prinċipali, bejn sussidjarji tal-grupp li huma parti fil-ftehim, jew kwalunkwe kombinazzjoni ta’ dawn l-entitajiet;

(b) 

jipprevedi għajnuna finanzjarja fil-forma ta’ self, il-provvista ta’ garanziji, il-provvista ta’ assi għal użu bħala kollateral, jew xi kombinazzjoni ta’ dawn il-forom ta’ għajnuna finanzjarja, fi tranżazzjoni waħda jew aktar inkluż bejn il-benefiċjarju tal-għajnuna u parti terza.

Artikolu 19 6.
Jekk skont it-termini tal-ftehim ta’ għajnuna finanzjarja tal-grupp, entità fi grupp taqbel li tipprovdi għajnuna finanzjarja lil entità oħra fil-grupp, il-ftehim jista’ jinkludi ftehim reċiproku mill-entità fi grupp li tirċievi l-għajnuna biex tipprovdi għajnuna finanzjarja lill-entità fi grupp li tagħti l-għajnuna.
Artikolu 19 7.

Il-ftehim ta’ għajnuna finanzjarja tal-grupp għandu jispeċifika l- prinċipji għall-kalkolu tal-korrispettiv, għal kwalunkwe tranżazzjoni li ssir taħtu. Dawk il-prinċipji għandhom jinkludu rekwiżit li l-korrispettiv jiġi ffissat fil-mument tal-għoti tal-għajnuna finanzjarja. Il-ftehim, inklużi l-prinċipji għall-kalkolu tal-korrispettiv għall-għoti tal-għajnuna finanzjarja u t-termini l-oħrajn tal-ftehim, għandhom jikkonformaw mal-prinċipji li ġejjin:

(a) 

kull parti trid tkun qed taġixxi liberament meta tidħol għall-ftehim;

(b) 

meta tidħol fi ftehim u meta tiddetermina l-korrispettiv għall-għoti tal-għajnuna finanzjarja, kull parti trid tkun qed taġixxi fl-aħjar interessi proprji tagħha li jistgħu jieħdu kont ta’ kwalunkwe benefiċċju dirett jew indirett li tista’ tirriżulta lil xi parti b’riżultat tal-għoti tal-għajnuna finanzjarja;

(c) 

kull parti li tipprovdi l-għajnuna finanzjarja għandu jkollha divulgazzjoni sħiħa tal-informazzjoni rilevanti minn kull parti li tirċievi l-għajnuna finanzjarja qabel ma jiġi ddeterminat il-korrispettiv għall-għoti tal-għajnuna finanzjarja u qabel kwalunkwe deċiżjoni li tiġi pprovduta għajnuna finanzjarja;

(d) 

il-korrispettiv għall-għoti tal-għajnuna finanzjarja jista’ jieħu kont ta’ informazzjoni fil-pussess tal-parti li tipprovdi l-għajnuna finanzjarja abbażi tal-fatt li din tkun qiegħda fl-istess grupp bħall-parti li tirċievi l-għajnuna finanzjarja u li ma tkunx disponibbli għas-suq; u

(e) 

m’hemmx obbligu li l-prinċipji għall-kalkolu tal-korrispettiv għall-għoti tal-għajnuna finanzjarja jieħdu kont ta’ xi impatt temporanju antiċipat fuq prezzijiet tas-suq li jirriżultaw minn avvenimenti li huma esterni għall-grupp.

Artikolu 19 8.
Il-ftehim ta’ għajnuna finanzjarja tal-grupp jista’ jiġi konkluż biss jekk, fil-ħin li jsir il-ftehim propost, fl-opinjoni tal-awtoritajiet kompetenti rispettivi tagħhom, l-ebda waħda mill-partijiet ma tissodisfa l-kondizzjonijiet għal intervent bikri.
Artikolu 19 9.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe dritt, pretensjoni jew azzjoni li torġina mill-ftehim ta’ għajnuna finanzjarja tal-grupp tkun tista’ tiġi eżerċitata biss mill-partijiet fil-ftehim, bl-esklużjoni ta’ partijiet terzi.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 11.05.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014L0059
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.