|
+Artikolu 19 7. |
Artikolu 19 7.Il-ftehim ta’ għajnuna finanzjarja tal-grupp għandu jispeċifika l- prinċipji għall-kalkolu tal-korrispettiv, għal kwalunkwe tranżazzjoni li ssir taħtu. Dawk il-prinċipji għandhom jinkludu rekwiżit li l-korrispettiv jiġi ffissat fil-mument tal-għoti tal-għajnuna finanzjarja. Il-ftehim, inklużi l-prinċipji għall-kalkolu tal-korrispettiv għall-għoti tal-għajnuna finanzjarja u t-termini l-oħrajn tal-ftehim, għandhom jikkonformaw mal-prinċipji li ġejjin:
(a)
kull parti trid tkun qed taġixxi liberament meta tidħol għall-ftehim;
(b)
meta tidħol fi ftehim u meta tiddetermina l-korrispettiv għall-għoti tal-għajnuna finanzjarja, kull parti trid tkun qed taġixxi fl-aħjar interessi proprji tagħha li jistgħu jieħdu kont ta’ kwalunkwe benefiċċju dirett jew indirett li tista’ tirriżulta lil xi parti b’riżultat tal-għoti tal-għajnuna finanzjarja;
(c)
kull parti li tipprovdi l-għajnuna finanzjarja għandu jkollha divulgazzjoni sħiħa tal-informazzjoni rilevanti minn kull parti li tirċievi l-għajnuna finanzjarja qabel ma jiġi ddeterminat il-korrispettiv għall-għoti tal-għajnuna finanzjarja u qabel kwalunkwe deċiżjoni li tiġi pprovduta għajnuna finanzjarja;
(d)
il-korrispettiv għall-għoti tal-għajnuna finanzjarja jista’ jieħu kont ta’ informazzjoni fil-pussess tal-parti li tipprovdi l-għajnuna finanzjarja abbażi tal-fatt li din tkun qiegħda fl-istess grupp bħall-parti li tirċievi l-għajnuna finanzjarja u li ma tkunx disponibbli għas-suq; u
(e)
m’hemmx obbligu li l-prinċipji għall-kalkolu tal-korrispettiv għall-għoti tal-għajnuna finanzjarja jieħdu kont ta’ xi impatt temporanju antiċipat fuq prezzijiet tas-suq li jirriżultaw minn avvenimenti li huma esterni għall-grupp. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|