+Artikolu 23 Kondizzjonijiet għal għajnuna finanzjarja tal-grupp
---+Artikolu 23 1.
---+Artikolu 23 2.
---+Artikolu 23 3.
|
Artikolu 23 Kondizzjonijiet għal għajnuna finanzjarja tal-grupp
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 23 1.
|
Għajnuna finanzjarja minn entità fi grupp skont l-Artikolu 19 tista’ tingħata biss jekk jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
(a)
hemm prospett raġonevoli li l-għajnuna pprovduta tirrimedja b’mod sinifikattiv id-diffikultajiet finanzjarji tal-entità fi grupp li qed tirċievi l-għajnuna;
(b)
l-għoti tal-għajnuna finanzjarja għandu l-għan li jippreserva jew li terġa’ tinġieb l-istabbiltà finanzjarja tal-grupp kollu jew kwalunkwe entità fi grupp u huwa fl-aħjar interessi tal-entità fi grupp li qed tagħti l-għajnuna;
(c)
l-għajnuna finanzjarja tingħata skont termini, inkluż korrispettiv, skont l-Artikolu 19(7);
(d)
hemm prospett raġonevoli, abbażi tal-informazzjoni disponibbli għall-korp maniġerjali tal-entità fi grupp li qed tagħti l-għajnuna finanzjarja fil-mument meta tittieħed id-deċiżjoni li tingħata għajnuna finanzjarja, li l-korrispettiv għall-għajnuna se jitħallas u, jekk l-għajnuna tingħata fil-forma ta’ self, dak is-self ser jiġi rimborżat, mill-entità fi grupp li qed tirċievi l-għajnuna. Jekk l-għajnuna tingħata fil-forma ta’ garanzija jew kwalunkwe forma ta’ sigurtà, l-istess kondizzjoni għandha tapplika għall-obbligazzjoni li tirriżulta għall-benefiċjarju jekk il-garanzija jew is-sigurtà tiġi infurzata;
(e)
l-għoti tal-għajnuna finanzjarja ma tipperikolax il-likwidità jew is-solvenza tal-entità fi grupp li qed tipprovdi l-għajnuna;
(f)
l-għoti tal-għajnuna finanzjarja ma joħloqx theddida għall-istabbiltà finanzjarja, b’mod partikolari fl-Istat Membru tal-entità fi grupp li tagħti l-għajnuna;
(g)
l-entità fi grupp li tagħti l-għajnuna tikkonforma, fil-ħin meta tingħata l-għajnuna, mar-rekwiżiti tad-Direttiva 2013/36/UE rigward il-kapital jew il-likwidità u kwalunkwe rekwiżit impost skont l-Artikolu 104(2) tad-Direttiva 2013/36/UE u l-għoti tal-għajnuna finanzjarja ma jikkawżax ksur ta’ dawn ir-rekwiżiti mill-entità fi grupp, għajr jekk awtorizzata mill-awtorità kompetenti responsabbli għas-superviżjoni fuq bażi individwali tal-entità li tagħti l-għajnuna;
(h)
l-entità fi grupp li tagħti l-għajnuna, fil-ħin meta tingħata l-għajnuna tkun konformi mar-rekwiżiti dwar skoperturi kbar stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 575/2013 u fid-Direttiva 2013/36/UE kwalunkwe leġislazzjoni nazzjonali li teżerċita l-għażliet previsti fiha, u l-għoti tal-għajnuna finanzjarja m’għandux jikkawża ksur ta’ dawn ir-rekwiżiti mill-entità, għajr jekk awtorizzata mill-awtorità kompetenti responsabbli għas-superviżjoni fuq bażi individwali tal-entità fi grupp li qed tagħti l-għajnuna;
(i)
l-għoti tal-għajnuna finanzjarja ma jipperikolax ir-riżolvibbiltà tal-entità fi grupp li qed tipprovdi l-għajnuna.
|
|
Artikolu 23 2.
|
L-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika l-kondizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 1 punti (a), (c), (e) u (i). L-ABE għandha tissottometti dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-3 ta' Lulju 2015. Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
|
|
Artikolu 23 3.
|
L-ABE għandha, sat-3 ta' Jannar 2016, tippubblika linji gwida skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 biex tippromwovi l-konvergenza fil-prassi għall-ispeċifikazzjoni tal-kondizzjonijiet stipulati fil-punti (b), (d), (f), (g) u (h) ta-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 11.05.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014L0059
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|