|
+Artikolu 23 1. |
Artikolu 23 1.Għajnuna finanzjarja minn entità fi grupp skont l-Artikolu 19 tista’ tingħata biss jekk jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
(a)
hemm prospett raġonevoli li l-għajnuna pprovduta tirrimedja b’mod sinifikattiv id-diffikultajiet finanzjarji tal-entità fi grupp li qed tirċievi l-għajnuna;
(b)
l-għoti tal-għajnuna finanzjarja għandu l-għan li jippreserva jew li terġa’ tinġieb l-istabbiltà finanzjarja tal-grupp kollu jew kwalunkwe entità fi grupp u huwa fl-aħjar interessi tal-entità fi grupp li qed tagħti l-għajnuna;
(c)
l-għajnuna finanzjarja tingħata skont termini, inkluż korrispettiv, skont l-Artikolu 19(7);
(d)
hemm prospett raġonevoli, abbażi tal-informazzjoni disponibbli għall-korp maniġerjali tal-entità fi grupp li qed tagħti l-għajnuna finanzjarja fil-mument meta tittieħed id-deċiżjoni li tingħata għajnuna finanzjarja, li l-korrispettiv għall-għajnuna se jitħallas u, jekk l-għajnuna tingħata fil-forma ta’ self, dak is-self ser jiġi rimborżat, mill-entità fi grupp li qed tirċievi l-għajnuna. Jekk l-għajnuna tingħata fil-forma ta’ garanzija jew kwalunkwe forma ta’ sigurtà, l-istess kondizzjoni għandha tapplika għall-obbligazzjoni li tirriżulta għall-benefiċjarju jekk il-garanzija jew is-sigurtà tiġi infurzata;
(e)
l-għoti tal-għajnuna finanzjarja ma tipperikolax il-likwidità jew is-solvenza tal-entità fi grupp li qed tipprovdi l-għajnuna;
(f)
l-għoti tal-għajnuna finanzjarja ma joħloqx theddida għall-istabbiltà finanzjarja, b’mod partikolari fl-Istat Membru tal-entità fi grupp li tagħti l-għajnuna;
(g)
l-entità fi grupp li tagħti l-għajnuna tikkonforma, fil-ħin meta tingħata l-għajnuna, mar-rekwiżiti tad-Direttiva 2013/36/UE rigward il-kapital jew il-likwidità u kwalunkwe rekwiżit impost skont l-Artikolu 104(2) tad-Direttiva 2013/36/UE u l-għoti tal-għajnuna finanzjarja ma jikkawżax ksur ta’ dawn ir-rekwiżiti mill-entità fi grupp, għajr jekk awtorizzata mill-awtorità kompetenti responsabbli għas-superviżjoni fuq bażi individwali tal-entità li tagħti l-għajnuna;
(h)
l-entità fi grupp li tagħti l-għajnuna, fil-ħin meta tingħata l-għajnuna tkun konformi mar-rekwiżiti dwar skoperturi kbar stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 575/2013 u fid-Direttiva 2013/36/UE kwalunkwe leġislazzjoni nazzjonali li teżerċita l-għażliet previsti fiha, u l-għoti tal-għajnuna finanzjarja m’għandux jikkawża ksur ta’ dawn ir-rekwiżiti mill-entità, għajr jekk awtorizzata mill-awtorità kompetenti responsabbli għas-superviżjoni fuq bażi individwali tal-entità fi grupp li qed tagħti l-għajnuna;
(i)
l-għoti tal-għajnuna finanzjarja ma jipperikolax ir-riżolvibbiltà tal-entità fi grupp li qed tipprovdi l-għajnuna. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|