+Artikolu 25 Dritt ta’ oppożizzjoni għall-awtoritajiet kompetenti
---+Artikolu 25 1.
---+Artikolu 25 2.
---+Artikolu 25 3.
---+Artikolu 25 4.
---+Artikolu 25 5.
---+Artikolu 25 6.
---+Artikolu 25 7.
|
Artikolu 25 Dritt ta’ oppożizzjoni għall-awtoritajiet kompetenti
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 25 1.
|
Qabel ma tingħata għajnuna skont ftehim ta’ għajnuna finanzjarja tal-grupp, il-korp maniġerjali ta’ entità fi grupp li għandha l-ħsieb li tipprovdi għajnuna finanzjarja għandu jinnotifika:
(a)
lill-awtorità kompetenti tiegħu;
(b)
fejn differenti mill-awtoritajiet f’punti (a) u (c), fejn applikabbli, lis-superviżur tal-konsolidazzjoni;
(c)
fejn differenti mill-punti (a) u (b), lill-awtorità kompetenti tal-entità fi grupp li tirċievi l-għajnuna finanzjarja; u
In-notifika għandha tinkludi d-deċiżjoni ġġustifikata tal-korp maniġerjali skont l-Artikolu 24 u dettalji tal-għajnuna finanzjarja proposta inkluż kopja tal-ftehim tal-għajnuna finanzjarja tal-grupp.
|
|
Artikolu 25 2.
|
Fi żmien ħamest ijiem ta’ xogħol mid-data tar-riċezzjoni ta’ notifika kompluta, l-awtorità kompetenti tal-entità fi grupp li qed tipprovdi l-għajnuna finanzjarja tista’ taqbel mal-għoti tal-għajnuna finanzjarja, jew tista’ tipprojbixxiha jew tirrestrinġiha jekk hija tivvaluta li l-kondizzjonijiet tal-għajnuna finanzjarja tal-grupp stipulati fl-Artikolu 23 ma ġewx sodisfatti. Deċiżjoni tal-awtorità kompetenti li tipprojbixxi jew tirrestrinġi l-għajnuna finanzjarja għandha tkun iġġustifikata.
|
|
Artikolu 25 3.
|
Id-deċiżjoni tal-awtorità kompetenti li taqbel ma’, tipprojbixxi jew tirrestrinġi l-għajnuna finanzjarja għandha tkun notifikata immedjatament:
(a)
lis-superviżur tal-konsolidazzjoni;
(b)
lill-awtorità kompetenti tal-entità fi grupp li tirċievi l-għajnuna; u
Is-superviżur tal-konsolidazzjoni għandu jinforma immedjatament lill-membri l-oħra tal-kulleġġ superviżorju u lill-membri tal-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni.
|
|
Artikolu 25 4.
|
Fejn is-superviżur tal-konsolidazzjoni jew l-awtorità kompetenti responsabbli għall-entità fi grupp li qed tirċievi l-għajnuna jkollhom oġġezzjonijiet rigward id-deċiżjoni li tiġi pprojbita jew ristretta l-għajnuna finanzjarja, huma jistgħu, fi żmien jumejn, jirreferu l-kwistjoni għand l-ABE u jitolbu l-assistenza tagħha skont l-Artikolu 31 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
|
|
Artikolu 25 5.
|
Jekk l-awtorità kompetenti ma tipprojbixxix jew ma tirrestrinġix l-għajnuna finanzjarja fi żmien il-perjodu indikat fil-paragrafu 2, jew sa tmiem dak il-perjodu tkun qablet ma’ dik l-għajnuna, l-għajnuna finanzjarja tista’ tiġi pprovduta skont it-termini sottomessi lill-awtorità kompetenti.
|
|
Artikolu 25 6.
|
Id-deċiżjoni tal-korp maniġerjali tal-istituzzjoni li jipprovdi għajnuna finanzjarja għandha tiġi trażmessa:
(a)
lill-awtorità kompetenti,
(b)
fejn differenti mill-awtoritajiet f’punti (a) u (c), fejn applikabbli, lis-superviżur tal-konsolidazzjoni
(c)
fejn differenti mill-punti (a) u (b), lill-awtorità kompetenti tal-entità fi grupp li tirċievi l-għajnuna finanzjarja u
Is-superviżur tal-konsolidazzjoni għandu jinforma immedjatament lill-membri l-oħra tal-kulleġġ superviżorju u lill-membri tal-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni.
|
|
Artikolu 25 7.
|
Jekk l-awtorità kompetenti tirrestrinġi jew tipprojbixxi l-għajnuna finanzjarja tal-grupp skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu u fejn il-pjan ta’ rkupru tal-grupp skont l-Artikolu 7(5) jagħmel referenza għal għajnuna finanzjarja fi ħdan il-grupp, l-awtorità kompetenti tal-entità fi grupp li fil-konfront tagħha tkun ġiet ristretta jew projbita l-għajnuna tista’ titlob lis-superviżur tal-konsolidazzjoni jniedi valutazzjoni mill-ġdid tal-pjan ta’ rkupru tal-grupp skont l-Artikolu 8 jew, fejn il-pjan ta’ rkupru huwa mfassal fuq bażi individwali, titlob lill-entità fi grupp tippreżenta pjan ta’ rkupru rivedut.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 11.05.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014L0059
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|