+Artikolu 27 1.

Artikolu 27 1.

Fejn istituzzjoni tikser jew, minħabba fost l-oħrajn kondizzjoni finanzjarja li qed tmur lura rapidament, inklużi sitwazzjoni ta’ likwidità li sejra lura, żieda fil-livell ta’ ingranaġġ, self mingħajr prestazzjoni jew konċentrazzjoni ta’ skoperturi, kif ivvalutat abbażi ta’ sett ta’ skattaturi, li jistgħu jinkludu r-rekwiżiti ta’ fondi proprji tal-istituzzjoni b’żieda ta’ 1,5 punti perċentwali, aktarx li fil-futur qrib tikser ir-rekwiżititar-Regolament (UE) Nru 575/2013, id-Direttiva 2013/36/UE, Titolu II tad-Direttiva 2014/65/UE jew l-Artikoli 3 sa 7, 14 sa 17, u 24, 25 u 26 tar-Regolament (UE) Nru 600/2014, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom, mingħajr preġudizzju għall-miżuri msemmija fl-Artikolu 104 tad-Direttiva 2013/36/UE fejn applikabbli, tal-anqas il-miżuri li ġejjin:

(a) 

jitolbu li l-korp maniġerjali tal-istituzzjoni jimplimenta waħda jew aktar mill-arranġamenti jew miżuri stabbiliti fil-pjan ta’ rkupru jew li skont l-Artikolu 5(2) jaġġorna tali pjan ta’ rkupru meta ċ-ċirkostanzi li wasslu għal intervent bikri huma differenti mis-suppożizzjonijiet stabbiliti fil-pjan ta’ rkupru inizjali u jimplimenta wieħed jew aktar mill-arranġamenti jew miżuri stabbiliti fil-pjan aġġornat fi żmien speċifiku u bil-ħsieb li jkun żgurat li l-kondizzjonijiet imsemmija fil-frażi introduttiva ma għadhomx japplikaw;

(b) 

jitolbu li l-korp maniġerjali tal-istituzzjoni jeżamina s-sitwazzjoni, jidentifika miżuri sabiex tingħeleb kwalunkwe problema identifikata u jfassal programm ta’ azzjoni sabiex jingħelbu dawk il-problemi u skeda taż-żmien għall-implimentazzjoni tiegħu;

(c) 

jitolbu li l-korp maniġerjali tal-istituzzjoni jsejjaħ, jew jekk il-korp maniġerjali jonqos milli jikkonforma ma’ dan ir-rekwiżit isejjaħ direttament, laqgħa tal-azzjonisti tal-istituzzjoni, u fiż-żewġ każijiet jistabbilixxu l-aġenda u jitolbu li l-azzjonisti jikkunsidraw ċerti deċiżjonijiet għall-adozzjoni;

(d) 

jitolbu t-tneħħija jew is-sostituzzjoni ta’ membru tal-korp maniġerjali jew tal-maniġment superjuri wieħed jew aktar jekk jinstab li dawk il-persuni mhumiex kompetenti biex iwettqu d-dmirijiet tagħhom skont l-Artikolu 13 tad-Direttiva 2013/36/UE jew l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2014/65/UE;

(e) 

jitolbu li korp maniġerjali tal-istituzzjoni jfassal pjan għan-negozjar dwar ir-ristrutturar ta’ dejn ma’ xi wħud mill-kredituri tagħha jew magħhom kollha skont il-pjan ta’ rkupru, fejn applikabbli;

(f) 

jitolbu tibdil fl-istrateġija tan-negozju tal-istituzzjonijiet;

(g) 

jitolbu tibdil fl-istrutturi legali u operazzjonali tal-istituzzjoni; u

(h) 

jakkwistaw, inkluż permezz ta’ spezzjonijiet fuq il-post, u jipprovdu l-informazzjoni kollha meħtieġa biex jaġġornaw il-pjan ta’ riżoluzzjoni u jħejju għar-riżoluzzjoni eventwali tal-istituzzjoni u għall-valutazzjoni tal-assi u l-obbligazzjonijiet tal-istituzzjoni skont l-Artikolu 36.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 11.05.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014L0059
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.