+Artikolu 27 Miżuri ta’ intervent bikri
---+Artikolu 27 1.
---+Artikolu 27 2.
---+Artikolu 27 3.
---+Artikolu 27 4.
---+Artikolu 27 5.
|
Artikolu 27 Miżuri ta’ intervent bikri
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 27 1.
|
Fejn istituzzjoni tikser jew, minħabba fost l-oħrajn kondizzjoni finanzjarja li qed tmur lura rapidament, inklużi sitwazzjoni ta’ likwidità li sejra lura, żieda fil-livell ta’ ingranaġġ, self mingħajr prestazzjoni jew konċentrazzjoni ta’ skoperturi, kif ivvalutat abbażi ta’ sett ta’ skattaturi, li jistgħu jinkludu r-rekwiżiti ta’ fondi proprji tal-istituzzjoni b’żieda ta’ 1,5 punti perċentwali, aktarx li fil-futur qrib tikser ir-rekwiżititar-Regolament (UE) Nru 575/2013, id-Direttiva 2013/36/UE, Titolu II tad-Direttiva 2014/65/UE jew l-Artikoli 3 sa 7, 14 sa 17, u 24, 25 u 26 tar-Regolament (UE) Nru 600/2014, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom, mingħajr preġudizzju għall-miżuri msemmija fl-Artikolu 104 tad-Direttiva 2013/36/UE fejn applikabbli, tal-anqas il-miżuri li ġejjin:
(a)
jitolbu li l-korp maniġerjali tal-istituzzjoni jimplimenta waħda jew aktar mill-arranġamenti jew miżuri stabbiliti fil-pjan ta’ rkupru jew li skont l-Artikolu 5(2) jaġġorna tali pjan ta’ rkupru meta ċ-ċirkostanzi li wasslu għal intervent bikri huma differenti mis-suppożizzjonijiet stabbiliti fil-pjan ta’ rkupru inizjali u jimplimenta wieħed jew aktar mill-arranġamenti jew miżuri stabbiliti fil-pjan aġġornat fi żmien speċifiku u bil-ħsieb li jkun żgurat li l-kondizzjonijiet imsemmija fil-frażi introduttiva ma għadhomx japplikaw;
(b)
jitolbu li l-korp maniġerjali tal-istituzzjoni jeżamina s-sitwazzjoni, jidentifika miżuri sabiex tingħeleb kwalunkwe problema identifikata u jfassal programm ta’ azzjoni sabiex jingħelbu dawk il-problemi u skeda taż-żmien għall-implimentazzjoni tiegħu;
(c)
jitolbu li l-korp maniġerjali tal-istituzzjoni jsejjaħ, jew jekk il-korp maniġerjali jonqos milli jikkonforma ma’ dan ir-rekwiżit isejjaħ direttament, laqgħa tal-azzjonisti tal-istituzzjoni, u fiż-żewġ każijiet jistabbilixxu l-aġenda u jitolbu li l-azzjonisti jikkunsidraw ċerti deċiżjonijiet għall-adozzjoni;
(d)
jitolbu t-tneħħija jew is-sostituzzjoni ta’ membru tal-korp maniġerjali jew tal-maniġment superjuri wieħed jew aktar jekk jinstab li dawk il-persuni mhumiex kompetenti biex iwettqu d-dmirijiet tagħhom skont l-Artikolu 13 tad-Direttiva 2013/36/UE jew l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2014/65/UE;
(e)
jitolbu li korp maniġerjali tal-istituzzjoni jfassal pjan għan-negozjar dwar ir-ristrutturar ta’ dejn ma’ xi wħud mill-kredituri tagħha jew magħhom kollha skont il-pjan ta’ rkupru, fejn applikabbli;
(f)
jitolbu tibdil fl-istrateġija tan-negozju tal-istituzzjonijiet;
(g)
jitolbu tibdil fl-istrutturi legali u operazzjonali tal-istituzzjoni; u
(h)
jakkwistaw, inkluż permezz ta’ spezzjonijiet fuq il-post, u jipprovdu l-informazzjoni kollha meħtieġa biex jaġġornaw il-pjan ta’ riżoluzzjoni u jħejju għar-riżoluzzjoni eventwali tal-istituzzjoni u għall-valutazzjoni tal-assi u l-obbligazzjonijiet tal-istituzzjoni skont l-Artikolu 36.
|
|
Artikolu 27 2.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jinnotifikaw lill-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni mingħajr dewmien hekk kif jiddeterminaw li l-kondizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 1 ġew sodisfatti fir-rigward ta’ istituzzjoni u li s-setgħat tal-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jinkludu s-setgħa li jitolbu lill-istituzzjoni tikkuntattja xerrejja potenzjali sabiex titħejja r-riżoluzzjoni tal-istituzzjoni, suġġetta għall-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 39(2) u r-rekwiżiti tas-sigriet professjonali stipulati fl-Artikolu 84:
|
|
Artikolu 27 3.
|
Għal kull waħda mill-miżuri msemmija fil-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jistabbilixxu skadenza adegwata għat-tlestija, u jippermettu lill-awtorità kompetenti tevalwa l-effettività tal-miżura.
|
|
Artikolu 27 4.
|
L-ABE għandha sat-3 ta' Lulju 2015, tippubblika, linji gwida, skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, biex tippromwovi l-applikazzjoni konsistenti tal-iskattatur għall-użu tal-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.
|
|
Artikolu 27 5.
|
Filwaqt li titqies fejn xieraq, l-esperjenza miksuba fl-applikazzjoni ta’ dawk il-linji gwida, msemmijin fil-paragrafu 4, l-ABE tista’ tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji bil-għan li tispeċifika sett minimu ta’ skattaturi għall-użu tal-miżuri msemmija fil-paragrafu 1. Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 11.05.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014L0059
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|