+Artikolu 30 4.
|
Artikolu 30 4.
Meta aktar minn awtorità kompetenti waħda jkollha l-intenzjoni li taħtar amministratur temporanju jew li tapplika kwalunkwe waħda mill-miżuri fl-Artikolu 27 għal aktar minn istituzzjoni waħda fl-istess grupp, is-superviżur tal-konsolidazzjoni u l-awtoritajiet kompetenti rilevanti l-oħra għandhom jikkunsidraw jekk ikunx aktar adatt li jinħatar l-istess amministratur temporanju għall-entitajiet kollha kkonċernati jew biex tiġi kkoordinata l-applikazzjoni ta’ kwalunkwe miżura fl-Artikolu 27 għal aktar minn istituzzjoni waħda sabiex jiġu ffaċilitati s-soluzzjonijiet bil-ħsieb li terġa’ tinġieb lura l-pożizzjoni finanzjarja tal-istituzzjoni kkonċernata. Il-valutazzjoni għandha tieħu l-forma ta’ deċiżjoni konġunta tas-superviżur tal-konsolidazzjoni u l-awtoritajiet kompetenti rilevanti l-oħra. Id-deċiżjoni konġunta għandha tintlaħaq fi żmien ħamest ijiem mid-data tan-notifika msemmija fil-paragrafu 1. Id-deċiżjoni konġunta għandha tkun iġġustifikata u stabbilita f’dokument li għandu jiġi pprovdut mis-superviżur tal-konsolidazzjoni lill-impriża prinċipali tal-Unjoni. L-ABE tista’, fuq talba tal-awtorità kompetenti, tgħin lill-awtoritajiet kompetenti jilħqu ftehim skont l-Artikolu 31 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010. Fin-nuqqas ta’ deċiżjoni konġunta fi żmien ħamest ijiem, is-superviżur tal-konsolidazzjoni u l-awtoritajiet kompetenti tas-sussidjarji jistgħu jieħdu deċiżjonijiet individwali dwar il-ħatra ta’ amministratur temporanju għall-istituzzjonijiet li għalihom huma responsabbli u dwar l-applikazzjoni ta’ kwalunkwe waħda mill-miżuri fl-Artikolu 27.
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 11.05.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014L0059
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|