+Artikolu 30 Koordinazzjoni ta’ miżuri ta’ intervent bikri u l-ħatra ta’ amministratur temporanju fir-rigward ta’ gruppi
---+Artikolu 30 1.
---+Artikolu 30 2.
---+Artikolu 30 3.
---+Artikolu 30 4.
---+Artikolu 30 5.
---+Artikolu 30 6.
---+Artikolu 30 7.
---+Artikolu 30 8.

Artikolu 30 Koordinazzjoni ta’ miżuri ta’ intervent bikri u l-ħatra ta’ amministratur temporanju fir-rigward ta’ gruppi

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 30 1.
Fejn ikunu sodisfatti l-kondizzjonijiet għall-impożizzjoni ta’ rekwiżiti skont l-Artikolu 27 jew il-ħatra ta’ amministratur temporanju skont l-Artikolu 29 fir-rigward ta’ impriża prinċipali tal-Unjoni, is-superviżur tal-konsolidazzjoni għandu jinnotifika lill-ABE u jikkonsulta mal-awtoritajiet kompetenti l-oħra fi ħdan il-kulleġġ superviżorju.
Artikolu 30 2.
Wara dik in-notifika u l-konsultazzjoni, is-superviżur tal-konsolidazzjoni għandu jiddeċiedi jekk japplikax kwalunkwe waħda mill-miżuri fl-Artikolu 27 jew jekk jaħtarx amministratur temporanju skont l-Artikolu 29 fir-rigward tal-impriża prinċipali tal-Unjoni rilevanti, filwaqt li jqis l-impatt ta’ dawk il-miżuri fuq l-entitajiet fi grupp fi Stati Membri oħra. Is-superviżur tal-konsolidazzjoni għandu jinnotifika d-deċiżjoni lill-awtoritajiet kompetenti l-oħrajn fi ħdan il-kulleġġ superviżorju u l-ABE.
Artikolu 30 3.
Fejn ikunu sodisfatti l-kondizzjonijiet għall-impożizzjoni ta’ rekwiżiti skont l-Artikolu 27 jew għall-ħatra ta’ amministratur temporanju skont l-Artikolu 29 fir-rigward ta’ sussidjarja ta’ impriża prinċipali tal-Unjoni, l-awtorità kompetenti responsabbli għas-superviżjoni fuq bażi individwali li jkollha l-intenzjoni tieħu miżura skont dawk l-Artikoli għandha tinnotifika lill-ABE u tikkonsulta lis-superviżur tal-konsolidazzjoni.

Hekk kif jirċievi n-notifika, is-superviżur tal-konsolidazzjoni jista’ jivvaluta l-impatt mistenni tal-impożizzjoni tar-rekwiżiti skont l-Artikolu 27 jew il-ħatra ta’ amministratur temporanju skont l-Artikolu 29 għall-istituzzjoni inkwistjoni, fuq il-grupp jew fuq l-entitajiet fi grupp fi Stati Membri oħrajn. Huwa għandu jikkomunika dik il-valutazzjoni lill-awtorità kompetenti fi żmien tlett ijiem.

Wara dik in-notifika u l-konsultazzjoni, l-awtorità kompetenti għandha tiddeċiedi jekk tapplikax kwalunkwe waħda mill-miżuri fl-Artikolu 27 jew jekk taħtarx amministratur temporanju skont l-Artikolu 29. Din id-deċiżjoni għandha tieħu kont debitu ta’ kwalunkwe valutazzjoni tas-superviżur tal-konsolidazzjoni. L-awtorità kompetenti għandha tinnotifika d-deċiżjoni lis-superviżur tal-konsolidazzjoni u lill-awtoritajiet kompetenti l-oħrajn fi ħdan il-kulleġġ superviżorju u l-ABE.

Artikolu 30 4.
Meta aktar minn awtorità kompetenti waħda jkollha l-intenzjoni li taħtar amministratur temporanju jew li tapplika kwalunkwe waħda mill-miżuri fl-Artikolu 27 għal aktar minn istituzzjoni waħda fl-istess grupp, is-superviżur tal-konsolidazzjoni u l-awtoritajiet kompetenti rilevanti l-oħra għandhom jikkunsidraw jekk ikunx aktar adatt li jinħatar l-istess amministratur temporanju għall-entitajiet kollha kkonċernati jew biex tiġi kkoordinata l-applikazzjoni ta’ kwalunkwe miżura fl-Artikolu 27 għal aktar minn istituzzjoni waħda sabiex jiġu ffaċilitati s-soluzzjonijiet bil-ħsieb li terġa’ tinġieb lura l-pożizzjoni finanzjarja tal-istituzzjoni kkonċernata. Il-valutazzjoni għandha tieħu l-forma ta’ deċiżjoni konġunta tas-superviżur tal-konsolidazzjoni u l-awtoritajiet kompetenti rilevanti l-oħra. Id-deċiżjoni konġunta għandha tintlaħaq fi żmien ħamest ijiem mid-data tan-notifika msemmija fil-paragrafu 1. Id-deċiżjoni konġunta għandha tkun iġġustifikata u stabbilita f’dokument li għandu jiġi pprovdut mis-superviżur tal-konsolidazzjoni lill-impriża prinċipali tal-Unjoni.

L-ABE tista’, fuq talba tal-awtorità kompetenti, tgħin lill-awtoritajiet kompetenti jilħqu ftehim skont l-Artikolu 31 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Fin-nuqqas ta’ deċiżjoni konġunta fi żmien ħamest ijiem, is-superviżur tal-konsolidazzjoni u l-awtoritajiet kompetenti tas-sussidjarji jistgħu jieħdu deċiżjonijiet individwali dwar il-ħatra ta’ amministratur temporanju għall-istituzzjonijiet li għalihom huma responsabbli u dwar l-applikazzjoni ta’ kwalunkwe waħda mill-miżuri fl-Artikolu 27.

Artikolu 30 5.
Fejn awtorità kompetenti kkonċernata ma taqbilx mad-deċiżjoni nnotifikata f’konformità mal-paragrafu 1 jew il-paragrafu 3, jew fin-nuqqas ta’ deċiżjoni konġunta skont il-paragrafu 4, l-awtorità kompetenti tista’ tirreferi l-kwistjoni lill-ABE f’konformità mal-paragrafu 63.
Artikolu 30 6.
L-ABE tista’, fuq talba ta’ kwalunkwe awtorità kompetenti, tgħin lill-awtoritajiet kompetenti li jkun biħsiebhom japplikaw miżura waħda jew aktar fil-punt (a) tal-Artikolu 27(1) ta’ din id-Direttiva fir-rigward tal-punti (4), (10), (11) u (19) tat-Taqsima A tal-Anness ta’ din id-Direttiva, fil-punt (e) tal-Artikolu 27(1) ta’ din id-Direttiva jew fil-punt (g) tal-Artikolu 27(1) ta’ din id-Direttiva jilħqu ftehim skont l-Artikolu 19(3) tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
Artikolu 30 7.
Id-deċiżjoni ta’ kull awtorità kompetenti għandha tkun motivata. Id-deċiżjoni għandha tqis il-fehmiet u r-riżervi tal-awtoritajiet kompetenti l-oħra li jkunu ġew espressi matul il-perjodu ta’ konsultazzjoni msemmi fil-paragrafu 1 jew 3 jew il-perjodu ta’ ħamest ijiem imsemmi fil-paragrafu 4 kif ukoll l-impatt potenzjali tad-deċiżjoni dwar l-istabbiltà finanzjarja fl-Istati Membri kkonċernati. Id-deċiżjonijiet għandhom jiġu pprovduti mis-superviżur tal-konsolidazzjoni lill-impriża prinċipali tal-Unjoni u lis-sussidjarji mill-awtoritajiet kompetenti rispettivi.

Fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 6 ta’ dan l-Artikolu, fejn, qabel it-tmiem il-perjodu ta’ konsultazzjoni msemmi fil-paragrafi 1 u 3 ta’ dan l-Artikolu jew fi tmiem il-perjodu ta’ ħamest ijiem imsemmi fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu, kwalunkwe waħda mill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati tkun irreferiet il-kwistjoni lill-ABE skont l-Artikolu 19(3) tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, is-superviżur tal-konsolidazzjoni u l-awtoritajiet kompetenti l-oħra għandhom jiddifferixxu d-deċiżjonijiet tagħhom u jistennew kwalunkwe deċiżjoni li l-ABE tista’ tieħu skont l-Artikolu 19(3) ta’ dak ir-Regolament, u għandhom jieħdu d-deċiżjoni tagħhom skont id-deċiżjoni tal-ABE. Il-perjodu ta’ ħamest ijiem għandu jitqies bħala l-perjodu ta’ konċiljazzjoni fis-sens ta’ dak ir-Regolament. L-ABE għandha tieħu d-deċiżjoni tagħha fi żmien tlett ijiem. Il-kwistjoni ma għandhiex tiġi referita lill-ABE wara tmiem il-perjodu ta’ ħamest ijiem jew wara li tkun ittieħdet deċiżjoni konġunta.

Artikolu 30 8.
Fin-nuqqas ta’ deċiżjoni mill-ABE fi żmien tlett ijiem, għandhom japplikaw id-deċiżjonijiet individwali meħudin skont il-paragrafi 1 jew 3 jew it-tielet subparagrafu tal-paragrafu 4.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 11.05.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014L0059
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.