+Artikolu 30 7.
|
Artikolu 30 7.
Id-deċiżjoni ta’ kull awtorità kompetenti għandha tkun motivata. Id-deċiżjoni għandha tqis il-fehmiet u r-riżervi tal-awtoritajiet kompetenti l-oħra li jkunu ġew espressi matul il-perjodu ta’ konsultazzjoni msemmi fil-paragrafu 1 jew 3 jew il-perjodu ta’ ħamest ijiem imsemmi fil-paragrafu 4 kif ukoll l-impatt potenzjali tad-deċiżjoni dwar l-istabbiltà finanzjarja fl-Istati Membri kkonċernati. Id-deċiżjonijiet għandhom jiġu pprovduti mis-superviżur tal-konsolidazzjoni lill-impriża prinċipali tal-Unjoni u lis-sussidjarji mill-awtoritajiet kompetenti rispettivi. Fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 6 ta’ dan l-Artikolu, fejn, qabel it-tmiem il-perjodu ta’ konsultazzjoni msemmi fil-paragrafi 1 u 3 ta’ dan l-Artikolu jew fi tmiem il-perjodu ta’ ħamest ijiem imsemmi fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu, kwalunkwe waħda mill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati tkun irreferiet il-kwistjoni lill-ABE skont l-Artikolu 19(3) tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, is-superviżur tal-konsolidazzjoni u l-awtoritajiet kompetenti l-oħra għandhom jiddifferixxu d-deċiżjonijiet tagħhom u jistennew kwalunkwe deċiżjoni li l-ABE tista’ tieħu skont l-Artikolu 19(3) ta’ dak ir-Regolament, u għandhom jieħdu d-deċiżjoni tagħhom skont id-deċiżjoni tal-ABE. Il-perjodu ta’ ħamest ijiem għandu jitqies bħala l-perjodu ta’ konċiljazzjoni fis-sens ta’ dak ir-Regolament. L-ABE għandha tieħu d-deċiżjoni tagħha fi żmien tlett ijiem. Il-kwistjoni ma għandhiex tiġi referita lill-ABE wara tmiem il-perjodu ta’ ħamest ijiem jew wara li tkun ittieħdet deċiżjoni konġunta.
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 11.05.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014L0059
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|