|
+Artikolu 33a 2. |
Artikolu 33a 2.Is-setgħa msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu ma għandhiex tapplika għal obbligi ta' ħlas u ta' konsenja lil dawn li ġejjin:
(a)
sistemi u operaturi ta' sistemi deżinjati skont id-Direttiva 98/26/KE;
(b)
is-CCPs awtorizzati fl-Unjoni skont l-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 u CCPs ta' pajjiż terz rikonoxxuti mill-ESMA skont l-Artikolu 25 ta' dak ir-Regolament;
(c)
banek ċentrali. L-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni għandhom jistabbilixxu l-ambitu tas-setgħa msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu filwaqt li jikkunsidraw iċ-ċirkustanzi ta' kull każ. B'mod partikolari, l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni għandhom jivvalutaw bir-reqqa l-adegwatezza ta' estensjoni tas-sospensjoni tad-depożiti eliġibbli skont id-definizzjoni fil-punt (4) tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2014/49/UE, speċjalment għal depożiti koperti miżmuma minn persuni fiżiċi jew intrapriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|