+Artikolu 33a Setgħa ta' sospensjoni ta' ċerti obbligi
---+Artikolu 33a 1.
---+Artikolu 33a 2.
---+Artikolu 33a 3.
---+Artikolu 33a 4.
---+Artikolu 33a 5.
---+Artikolu 33a 6.
---+Artikolu 33a 7.
---+Artikolu 33a 8.
---+Artikolu 33a 9.
---+Artikolu 33a 10.
---+Artikolu 33a 11.

Artikolu 33a Setgħa ta' sospensjoni ta' ċerti obbligi

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 33a 1.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni, wara li jikkonsultaw mal-awtoritajiet kompetenti, li għandhom jirrispondu fi żmien xieraq, ikollhom is-setgħa jissospendu kwalunkwe obbligu ta' ħlas jew ta' konsenja skont kwalunkwe kuntratt li għalih istituzzjoni jew entità msemmija fil-punti (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) tkun parti, fejn jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a) 

ikun ġie ddeterminat, taħt il-punt (a) tal-Artikolu 32(1), li istituzzjoni jew entità qed tfalli jew aktarx li tfalli;

(b) 

ma jkun hemm l-ebda miżura, imsemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 32(1), tas-settur privat disponibbli minnufih li tipprevjeni l-falliment tal-istituzzjoni jew tal-entità;

(c) 

l-eżerċizzju tas-setgħa ta' sospensjoni hija meqjusa neċessarja biex jiġi evitat id-deterjorament ulterjuri tal-kondizzjonijiet finanzjarji tal-istituzzjoni jew tal-entità; u

(d) 

l-eżerċizzju tas-setgħa ta' sospensjoni jkun:

(i) 

meħtieġ biex tinkiseb id-determinazzjoni prevista fil-punti (c) tal-Artikolu 32(1); jew

(ii) 

meħtieġ biex jintgħażlu l-azzjonijiet ta' riżoluzzjoni xierqa jew biex tiġi żgurata l-applikazzjoni effettiva ta' għodda ta' riżoluzzjoni waħda jew aktar.

Artikolu 33a 2.

Is-setgħa msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu ma għandhiex tapplika għal obbligi ta' ħlas u ta' konsenja lil dawn li ġejjin:

(a) 

sistemi u operaturi ta' sistemi deżinjati skont id-Direttiva 98/26/KE;

(b) 

is-CCPs awtorizzati fl-Unjoni skont l-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 u CCPs ta' pajjiż terz rikonoxxuti mill-ESMA skont l-Artikolu 25 ta' dak ir-Regolament;

(c) 

banek ċentrali.

L-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni għandhom jistabbilixxu l-ambitu tas-setgħa msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu filwaqt li jikkunsidraw iċ-ċirkustanzi ta' kull każ. B'mod partikolari, l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni għandhom jivvalutaw bir-reqqa l-adegwatezza ta' estensjoni tas-sospensjoni tad-depożiti eliġibbli skont id-definizzjoni fil-punt (4) tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2014/49/UE, speċjalment għal depożiti koperti miżmuma minn persuni fiżiċi jew intrapriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju.

Artikolu 33a 3.
L-Istati Membri jistgħu jipprovdu li fejn is-setgħa tas-sospensjoni tal-obbligazzjonijiet ta' ħlas jew konsenja tiġi eżerċitata fir-rigward ta' depożiti eliġibbli, l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni għandhom jiżguraw li d-depożitanti jkollhom aċċess għal ammonti xierqa ta' kuljum minn dawk id-depożiti.
Artikolu 33a 4.
Il-perijodu tas-sospensjoni skont il-paragrafu 1 għandu jkun qasir kemm jista' jkun u ma għandux jeċċedi l-perijodu minimu ta' żmien li l-awtorità ta' riżoluzzjoni tqis meħtieġ għall-finijiet indikati fil-punti (c) u (d) tal-paragrafu u fi kwalunkwe każ ma għandux ikun itwal mill-perijodu mill-pubblikazzjoni ta' avviż ta' sospensjoni skont il-paragrafu 8 sa nofsillejl fl-Istat Membru tal-awtorità ta' riżoluzzjoni tal-istituzzjoni jew l-entità fi tmiem il-jum tax-xogħol ta' wara l-jum tal-pubblikazzjoni.

Meta jiskadi l-perijodu ta' sospensjoni msemmi fl-ewwel subparagrafu, is-sospensjoni għandha ssir bla effett.

Artikolu 33a 5.
Meta jeżerċitaw is-setgħa msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni għandhom iqisu l-impatt li l-eżerċizzju ta' dik is-setgħa jista' jkollu fuq il-funzjonament tajjeb tas-swieq finanzjarji u għandhom iqisu ir-regoli nazzjonali eżistenti kif ukoll is-setgħat superviżorji u ġudizzjarji, biex jiġu salvagwardjati d-drittijiet tal-kredituri u t-trattament indaqs tal-kredituri fi proċeduri normali ta' insolvenza. L-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni għandhom b'mod partikolari jikkunsidraw l-applikazzjoni potenzjali tal-proċeduri nazzjonali tal-insolvenza għall-istituzzjoni jew l-entità b'riżultat tad-determinazzjoni fil-punt (c) tal-Artikolu 32(1) u għandhom jagħmlu l-arranġamenti li huma jqisu xierqa biex tkun żgurata koordinazzjoni adegwata mal-awtoritajiet amministrattivi jew ġudizzjarji nazzjonali.
Artikolu 33a 6.
Meta l-obbligazzjonijiet ta' ħlas jew konsenja taħt kuntratt jkunu sospiżi skont il-paragrafu 1, l-obbligazzjonijiet ta' ħlas jew ta' konsenja ta' kwalunkwe wieħed mill-kontropartijiet ta' dak il-kuntratt għandhom jiġu sospiżi għall-istess perijodu ta' żmien.
Artikolu 33a 7.
Obbligu ta' ħlas jew ta' konsenja li kien ikun dovut matul il-perijodu tas-sospensjoni għandu jkun dovut immedjatament mal-iskadenza ta' dak il-perijodu.
Artikolu 33a 8.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jinnotifikaw l-istituzzjoni jew l-entità msemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) u lill-awtoritajiet imsemmija fil-punti (a) sa (h) tal-Artikolu 83(2) mingħajr dewmien meta jeżerċitaw is-setgħa msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu wara li tkun saret determinazzjoni li l-istituzzjoni qed tfalli jew x'aktarx ser tfalli skont il-punt (a) tal-Artikolu 32(1) u qabel ma tittieħed id-deċiżjoni ta' riżoluzzjoni.

L-awtorità ta' riżoluzzjoni għandha tippubblika jew tiżgura l-pubblikazzjoni tal-ordni jew strument li bih l-obbligi huma sospiżi skont dan l-Artikolu u t-termini u l-perijodu ta' sospensjoni permezz tal-mezzi msemmija fl-Artikolu 83(4).

Artikolu 33a 9.
Dan l-Artikolu huwa mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet li jinsabu fil-liġi nazzjonali tal-Istati Membri li jagħtu setgħat ta' sospensjoni ta' obbligazzjonijiet ta' ħlas jew ta' konsenja tal-istituzzjonijiet u l-entitajiet imsemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu qabel ma ssir determinazzjoni li dawk l-istituzzjonijiet jew entitajiet qed ifallu jew x'aktarx ifallu taħt il-punt (a) tal-Artikolu 32(1) jew ta' sospensjoni ta' obbligazzjonijiet ta' ħlas jew ta' konsenja ta' istituzzjonijiet jew entitajiet li jridu jiġu stralċjati skont proċedimenti normali ta' insolvenza, u li jeċċedu l-ambitu u d-durata previsti f'dan l-Artikolu. Tali setgħat għandhom ikunu eżerċitati skont l-ambitu, id-durata u l-kondizzjonijiet previsti fil-liġijiet nazzjonali rilevanti. Il-kondizzjonijiet previsti f'dan l-Artikolu għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-kondizzjonijiet relatati ma' tali setgħa ta' sospensjoni tal-obbligazzjonijiet ta' ħlas jew konsenja.
Artikolu 33a 10.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li meta awtorità ta' riżoluzzjoni teżerċita s-setgħa li tissospendi obbligazzjonijiet ta' ħlas jew ta' konsenja fir-rigward ta' istituzzjoni jew entità msemmija fil-punti (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, l-awtorità ta' riżoluzzjoni tista' wkoll, għat-tul ta' żmien ta' dik is-sospensjoni, teżerċita s-setgħa li:

(a) 

tirrestrinġi lill-kredituri ggarantiti ta' dik l-istituzzjoni jew entità mill-infurzar ta' interessi ta' sigurtà fir-rigward ta' kwalunkwe ass ta' dik l-istituzzjoni jew entità, f'liema każ għandu japplika l-Artikolu 70(2), (3) u (4); u

(b) 

tissospendi d-drittijiet ta' terminazzjoni ta' kwalunkwe parti għal kuntratt ma' dik l-istituzzjoni jew entità għall-istess tul ta' żmien, f'liema każ għandu japplika l-Artikolu 71(2) sa (8).

Artikolu 33a 11.
F'każ li, wara li tkun saret determinazzjoni li l-istituzzjoni jew l-entità qed tfalli jew x'aktarx tfalli skont il-punt (a) tal-Artikolu 32(1), awtorità ta' riżoluzzjoni tkun eżerċitat is-setgħa li tissospendi l-obbligazzjonijiet ta' ħlas jew ta' konsenja fiċ-ċirkostanzi stabbiliti fil-paragrafu 1 jew 10 ta' dan l-Artikolu, u jekk l-azzjoni ta' riżoluzzjoni tittieħed sussegwentement fir-rigward ta' dik l-istituzzjoni jew entità, l-awtorità ta' riżoluzzjoni ma għandhiex teżerċita s-setgħat tagħha skont l-Artikolu 69(1), 70(1) jew 71(1), fir-rigward ta' dik l-istituzzjoni jew entità.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 11.05.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014L0059
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.