+Artikolu 35 Maniġment speċjali
---+Artikolu 35 1.
---+Artikolu 35 2.
---+Artikolu 35 3.
---+Artikolu 35 4.
---+Artikolu 35 5.
---+Artikolu 35 6.
---+Artikolu 35 7.
---+Artikolu 35 8.

Artikolu 35 Maniġment speċjali

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 35 1.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jkunu jistgħu jaħtru maniġer speċjali biex jissostitwixxi l-korp manoġerjali tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni. L-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni għandhom jippubblikaw il-ħatra ta’ maniġer speċjali. L-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll li l-maniġer speċjali jkollu l-kwalifiki, l-abbiltà u l-għarfien meħtieġa sabiex iwettaq il-funzjonijiet tiegħu jew tagħha.
Artikolu 35 2.
Il-maniġer speċjali għandu jkollu s-setgħat kollha tal-azzjonistiu l-korp maniġerjali tal-istituzzjoni. Madankollu, il-maniġer speċjali jista’ jeżerċita biss dawn is-setgħat taħt il-kontroll tal-awtorità ta’ riżoluzzjoni.
Artikolu 35 3.
Il-maniġer speċjali għandu jkollu d-dmir statutorju li jieħu l-miżuri kollha neċessarji biex jippromwovi l-għanijiet tar-riżoluzzjoni msemmija fl-Artikolu 31 u jimplimenta azzjonijiet ta’ riżoluzzjoni skont id-deċiżjoni tal-awtorità ta’ riżoluzzjoni. Fejn meħtieġ, dak id-dover għandu jipprevala fuq kwalunkwe dmir ieħor tal-maniġment skont l-istatuti tal-istituzzjoni jew il-liġi nazzjonali, kull meta dawn ikunu inkonsistenti. Dawk il-miżuri jistgħu jinkludu żieda fil-kapital, ir-riorganizzazzjoni tal-istruttura tas-sjieda tal-istituzzjoni jew ix-xiri minn istituzzjonijiet li huma finanzjarjament u organizzazzjonalment sodi skont l-għodod tar-riżoluzzjoni msemmija fil-Kapitolu IV.
Artikolu 35 4.
L-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni jistgħu jistabbilixxu limiti għall-azzjoni ta’ maniġer speċjali jew jeħtieġu li ċerti atti tal-maniġer speċjali jkunu soġġetti għall-kunsens minn qabel tal-awtorità kompetenti. L-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni jistgħu jneħħu l-maniġer speċjali fi kwalunkwe ħin.
Artikolu 35 5.
L-Istati Membri għandhom jeżiġu li maniġer speċjali jfassal rapporti għall-awtorità tar-riżoluzzjoni li taħtru dwar is-sitwazzjoni ekonomika u finanzjarja tal-istituzzjoni u dwar l-atti mwettqa fit-twettiq tad-dmirijiet tiegħu, f’intervalli regolari stabbiliti mill-awtorità tar-riżoluzzjoni u fil-bidu u fl-aħħar tal-mandat tiegħu.
Artikolu 35 6.
Maniġer speċjali ma għandux jinħatar għal aktar minn sena. Dan il-perjodu jista’ jiġġedded, fuq bażi eċċezzjonali, jekk l-awtorità tar-riżoluzzjoni tiddetermina li l-kondizzjonijiet għall-ħatra ta’ maniġer speċjali jibqgħu jiġu sodisfatti.
Artikolu 35 7.
Meta aktar minn awtorità tar-riżoluzzjoni waħda jkollhom il-ħsieb jaħtru maniġer speċjali fir-rigward ta’ entità affiljata ma’ grupp, huma għandhom jikkunsidraw jekk huwiex aktar xieraq li jinħatar l-istess maniġer speċjali għall-entitajiet kollha kkonċernati jew għall-grupp kollu sabiex jiġu ffaċilitati s-soluzzjonijiet li jirrimedjaw is-solidità finanzjarja tal-entitajiet ikkonċernati.
Artikolu 35 8.
Fil-każ ta’ insolvenza, fejn il-liġi nazzjonali tipprovdi għall-ħatra ta’ maniġment tal-insolvenza, tali maniġment tista’ tikkostitwixxi maniġment speċjali kif imsemmi f’dan l-Artikolu.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 11.05.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014L0059
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.