|
+Artikolu 36 5. |
Artikolu 36 5.Mingħajr preġudizzju għall-qafas tal-Unjoni dwar għajnuna mill-Istat, fejn applikabbli, il-valwazzjoni għandha tkun ibbażata fuq suppożizzjonijiet prudenti, inkluż fir-rigward tar-rati ta’ inadempjenza u s-severità tat-telf. Il-valutazzjoni ma għandha tassumi l-ebda għoti futur potenzjali ta’ għajnuna finanzjarja pubblika straordinarja jew assistenza ta’ likwidità ta’ emerġenza minn bank ċentrali jew kwalunkwe assistenza ta’ likwidità minn bank ċentali pprovduta taħt termini ta’ kollaterilizzazzjoni, maturità u rati tal-imgħax mhux standard, lill-istituzzjoni jew l-entità msemmija fil-punti (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) minn meta tittieħed l-azzjoni ta’ riżoluzzjoni jew minn meta tiġi eżerċitata s-setgħa tal-valwazzjoni negattiva rilevanti jew tal-konverżjoni ta’ ►M3 strumenti kapitali u obbligazzjonijiet eliġibbli skont l-Artikolu 59 ◄ . Aktar minn hekk, il-valwazzjoni tqis li jekk tiġi applikata kwalunkwe għodda ta’ riżoluzzjoni:
(a)
l-awtorità ta’ riżoluzzjoni jew kwalunkwe arranġament ta’ finanzjament li jaġixxi skont l-Artikolu 101 jistgħu jirkupraw kwalunkwe spiża raġonevoli mġarrba korrettament mill-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni, skont l-Artikolu 37(7);
(b)
l-arranġament tal-finanzjament ta’ riżoluzzjoni jista’ jitlob interessi jew tariffi fir-rigward ta’ kwalunkwe self jew garanziji pprovduti lill-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni, skont l-Artikolu 101. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|