+Artikolu 36 Valwazzjoni għall-finijiet ta’ riżoluzzjoni
---+Artikolu 36 1.
---+Artikolu 36 2.
---+Artikolu 36 3.
---+Artikolu 36 4.
---+Artikolu 36 5.
---+Artikolu 36 6.
---+Artikolu 36 7.
---+Artikolu 36 8.
---+Artikolu 36 9.
---+Artikolu 36 10.
---+Artikolu 36 11.
---+Artikolu 36 12.
---+Artikolu 36 13.
---+Artikolu 36 14.
---+Artikolu 36 15.
---+Artikolu 36 16.

Artikolu 36 Valwazzjoni għall-finijiet ta’ riżoluzzjoni

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 36 1.
Qabel ma jieħdu azzjoni ta’ riżoluzzjoni jew jeżerċitaw is-setgħa tal-valwazzjoni negattiva jew tal-konverżjoni ta’ ►M3  strumenti kapitali u obbligazzjonijiet eliġibbli skont l-Artikolu 59 ◄ rilevanti, l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni għandhom jiżguraw li titwettaq valutazzjoni ġusta, prudenti u realistika tal-assi u l-obbligazzjonijiet tal-istituzzjoni jew l-entità msemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) minn persuna indipendenti minn ta’ awtorità pubblika, inkluża l-awtorità ta’ riżoluzzjoni, u l-istituzzjoni jew l-entità msemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1). Soġġett għall-paragrafu 13 ta’ dan l-Artikolu u għall-Artikolu 85, fejn ir-rekwiżiti kollha stipulati f’dan l-Artikolu jkunu sodisfatti, il-valwazzjoni għandha titqies bħala definittiva.
Artikolu 36 2.
Fejn valwazzjoni indipendenti skont il-paragrafu 1 ma tkunx possibbli, l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jistgħu jwettqu valwazzjoni proviżorja tal-assi u l-obbligazzjonijiet tal-istituzzjoni jew l-entità msemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1), skont id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 9 ta’ dan l-Artikolu.
Artikolu 36 3.
L-objettiv tal-valwazzjoni għandu jkun li jiġi vvalutat il-valur tal-assi u l-obbligazzjonijiet tal-istituzzjoni jew tal-entità msemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) li tissodisfa l-kondizzjonijiet għar-riżoluzzjoni tal-Artikoli 32 u 33.
Artikolu 36 4.

L-għanijiet tal-valwazzjoni għandhom ikunu:

(a) 

li tipprovdi informazzjoni biex jiġi ddeterminat jekk il-kondizzjonijiet għal riżoluzzjoni jew il-kondizzjonijiet għall-valwazzjoni negattiva jew għall-konverżjoni ta’ ►M3  strumenti kapitali u obbligazzjonijiet eliġibbli skont l-Artikolu 59 ◄ jkunux milħuqa;

(b) 

jekk il-kondizzjonijiet għal riżoluzzjoni jkunu milħuqa, tipprovdi informazzjoni biex tittieħed id-deċiżjoni dwar l-azzjoni ta’ riżoluzzjoni adatta li għandha tittieħed fir-rigward tal-istituzzjoni jew l-entità msemmija fil-punti (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1);

(c) 

meta tiġi applikata s-setgħa tal-valwazzjoni negattiva rilevanti jew tal-konverżjoni ta’ ►M3  strumenti kapitali u obbligazzjonijiet eliġibbli skont l-Artikolu 59 ◄ , tipprovdi informazzjoni biex tittieħed deċiżjoni dwar il-punt limitu għall-kanċellazzjoni jew id-dilwizzjoni ta’ strumenti ta’ sieda, u l-punt limitu ta’ valwazzjoni negattiva jew tal-konverżjoni ta’ ►M3  strumenti kapitali u obbligazzjonijiet eliġibbli skont l-Artikolu 59 ◄ rilevanti;

(d) 

meta jiġi applikat l-istrument ta’ rikapitalizzazzjoni interna, tipprovdi informazzjoni biex tittieħed deċiżjoni dwar il-punt limitu tal-valwazzjoni negattiva jew tal-konverżjoni ta’ ►M3  obbligazzjonijiet b'kapaċità ta' rikapitalizzazzjoni interna ◄ ;

(e) 

meta tiġi applikata l-għodda ta’ istituzzjoni transitorja jew l-għodda tas-separazzjoni tal-assi, tipprovdi informazzjoni biex tittieħed id-deċiżjoni dwar l-assi, id-drittijiet, l-obbligazzjonijiet jew l-istrumenti ta’ sjieda li għandhom jiġu ttrasferiti u d-deċiżjoni dwar il-valur ta’ kwalunkwe konsiderazzjoni li għandha tingħata lill-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni jew, skont il-każ, lill-azzjonisti;

(f) 

meta jiġi applikat il-bejgħ ta’ għodda ta’ negozju, tipprovdi informazzjoni biex tittieħed deċiżjoni dwar l-assi, id-drittijiet, l-obbligazzjonijiet jew l-istrumenti ta’ sjieda li għandhom jiġu trasferiti u tipprovdi informazzjoni biex l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tkun taf x’jikkostitwixxu t-termini kummerċjali għall-finijiet tal-Artikolu 38;

(g) 

fil-każijiet kollha, biex tiżgura li kwalunkwe telf tal-assi tal-istituzzjoni jew l-entità msemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) ikun rikonoxxut bis-sħiħ fil-mument li fih jiġu applikati l-għodod ta’ riżoluzzjoni jew tiġi eżerċitata s-setgħa tal-valwazzjoni negattiva rilevanti jew tal-konverżjoni ta’ ►M3  strumenti kapitali u obbligazzjonijiet eliġibbli skont l-Artikolu 59 ◄ .

Artikolu 36 5.

Mingħajr preġudizzju għall-qafas tal-Unjoni dwar għajnuna mill-Istat, fejn applikabbli, il-valwazzjoni għandha tkun ibbażata fuq suppożizzjonijiet prudenti, inkluż fir-rigward tar-rati ta’ inadempjenza u s-severità tat-telf. Il-valutazzjoni ma għandha tassumi l-ebda għoti futur potenzjali ta’ għajnuna finanzjarja pubblika straordinarja jew assistenza ta’ likwidità ta’ emerġenza minn bank ċentrali jew kwalunkwe assistenza ta’ likwidità minn bank ċentali pprovduta taħt termini ta’ kollaterilizzazzjoni, maturità u rati tal-imgħax mhux standard, lill-istituzzjoni jew l-entità msemmija fil-punti (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) minn meta tittieħed l-azzjoni ta’ riżoluzzjoni jew minn meta tiġi eżerċitata s-setgħa tal-valwazzjoni negattiva rilevanti jew tal-konverżjoni ta’ ►M3  strumenti kapitali u obbligazzjonijiet eliġibbli skont l-Artikolu 59 ◄ . Aktar minn hekk, il-valwazzjoni tqis li jekk tiġi applikata kwalunkwe għodda ta’ riżoluzzjoni:

(a) 

l-awtorità ta’ riżoluzzjoni jew kwalunkwe arranġament ta’ finanzjament li jaġixxi skont l-Artikolu 101 jistgħu jirkupraw kwalunkwe spiża raġonevoli mġarrba korrettament mill-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni, skont l-Artikolu 37(7);

(b) 

l-arranġament tal-finanzjament ta’ riżoluzzjoni jista’ jitlob interessi jew tariffi fir-rigward ta’ kwalunkwe self jew garanziji pprovduti lill-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni, skont l-Artikolu 101.

Artikolu 36 6.

Il-valwazzjoni għandha tiġi ssupplimentata bl-informazzjoni li ġejja kif tidher fil-kotba u r-rekords ta’ kontabbiltà tal-istituzzjoni jew tal-entità msemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1):

(a) 

karta tal-bilanċ aġġornata u rapport dwar il-pożizzjoni finanzjarja tal-istituzzjoni jew l-entità msemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1);

(b) 

analiżi u stima tal-valur ta’ kontabbiltà tal-assi;

(c) 

il-lista tal-obbligazzjonijiet pendenti fuq il-karta tal-bilanċ u li ma jidhrux fuq il-karta tal-bilanċ murija fil-kotba u r-rekords tal-istituzzjoni jew l-entità msemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1), b’indikazzjoni tal-krediti rispettivi u l-livelli ta’ prijorità skont il-liġi applikabbli ta’ insolvenza.

Artikolu 36 7.
Fejn adatt, biex tipprovdi informazzjoni għat-teħid tad-deċiżjonijiet imsemmija fil-punti (e) u (f) tal-paragrafu 4, l-informazzjoni fil-punt b tal-paragrafu 6 tista’ tkun ikkomplimentata b’analiżi u stima tal-valur tal-assi u tal-obbligazzjonijiet tal-istituzzjoni jew l-entità msemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) abbażi tal-valur tas-suq.
Artikolu 36 8.
Il-valwazzjoni għandha tindika s-subdiviżjoni tal-kredituri fi klassijiet f’konformità mal-livelli ta’ prijorità taħt il-liġi applikabbli tal-insolvenza u stima tat-trattament li kull klassi ta’ azzjonisti u kredituri kienet mistennija li tirċievi kieku l-istituzzjoni jew l-entità msemmija fil-punti (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) tkun ġiet stralċjata taħt proċeduri ta’ insolvenza normali.

Dik l-istima m’għandhiex taffettwa l-applikazzjoni tal-prinċipju “l-ebda kreditur ma jmur agħar” li għandha titwettaq taħt l-Artikolu 74.

Artikolu 36 9.
Fejn, minħabba l-urġenza taċ-ċirkustanzi tal-każ, ma tkunx possibbli konformità mar-rekwiżiti fil-paragrafi 6 u 8, jew ikun japplika l-paragrafu 2, għandha titwettaq valwazzjoni provviżorja. Il-valutazzjoni proviżorja għandha tikkonforma mar-rekwiżiti fil-paragrafu 3 u sa fejn hu prattikabbli fiċ-ċirkostanzi mar-rekwiżiti tal-paragrafi 1,63 u 8.

Il-valwazzjoni proviżorja msemmija f’dan il-paragrafu għandha tinkludi riżerva għal telf addizzjonali, b’ġustifikazzjoni adatta.

Artikolu 36 10.
Valwazzjoni li ma tikkonformax mar-rekwiżiti stipulati f’dan l-Artikolu għandha titqies bħala provviżorja sakemm persuna indipendenti tkun wettqet valwazzjoni li tkun konformi bis-sħiħ mar-rekwiżiti stipulati f’dan l-Artikolu. Dik il-valwazzjoni ex post definittiva għandha titwettaq hekk malli jkun prattikabbli. Tista’ titwettaq separatament jew flimkien mal-valwazzjoni msemmija fl-Artikolu 74 jew simultanjament miegħu u mal-istess persuna indipendenti bħal dik il-valwazzjoni, iżda għandha tkun distinta minnha.

L-għanijiet tal-valwazzjoni ex-post definittiva għandhom ikunu:

(a) 

tiżgura li kwalunkwe telf tal-assi tal-istituzzjoni jew l-entità msemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) jiġi rikonoxxut bis-sħiħ fil-kotba tal-kontabilità tal-istituzzjoni jew tal-entità imsemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1);

(b) 

tipprovdi informazzjoni biex tittieħed deċiżjoni biex il-pretensjonijiet tal-kredituri jitnaqqsu jew biex jiżdied il-valur tal-konsiderazzjoni mħallsa, skont il-paragrafu 11.

Artikolu 36 11.

Fil-każ li l-istima tal-valwazjoni definittiva ex-post tal-valur tal-assi nett tal-istituzzjoni jew l-entità msemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) tkun ogħla mill-istima tal-valutazzjoni proviżorja tal-valur tal-assi nett tal-istituzzjoni jew l-entità msemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1), l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tista’:

(a) 

teżerċita s-setgħa tagħha li żżid il-valur tal-pretensjonijiet tal-kredituri jew sidien ta’ strumenti kapitali rilevanti li jkunu ġew valwati negattivament taħt l-istrument ta’ rikapitulazzjoni interna;

(b) 

tagħti struzzjonijiet lill-istituzzjoni transitorja jew lill-vettura tal-immaniġġjar tal-assi biex jagħmlu pagament ulterjuri ta’ konsiderazzjoni fir-rigward tal-assi, id-drittijiet, l-obbligazzjonijiet lill-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni, jew skont il-każ, fir-rigward tal-istrumenti ta’ sjieda lill-azzjonisti.

Artikolu 36 12.
Minkejja l-paragrafu 1, valwazzjoni proviżorja li ssir skont il-paragrafi 9 u 10 għandha tkun bażi valida biex l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jieħdu azzjonijiet ta’ riżoluzzjoni, inkluż li jieħdu l-kontroll ta’ istituzzjoni li qed tfalli jew entità msemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1), jew jeżerċitaw is-setgħa ta’ deprezzament jew konverżjoni ►M3  tal-istrumenti kapitali u obbligazzjonijiet eliġibbli skont l-Artikolu 59 ◄ .
Artikolu 36 13.
Il-valwazzjoni għandha tkun parti integrali tad-deċiżjoni li jiġi applikat strument ta’ riżoluzzjoni jew eżerċitata setgħa ta’ riżoluzzjoni, jew id-deċiżjoni li tiġi eżerċitata s-setgħa ta’ valwazzjoni negattiva jew konverżjoni ►M3  tal-istrumenti kapitali u obbligazzjonijiet eliġibbli skont l-Artikolu 59 ◄ . Il-valwazzjoni nnifisha ma għandhiex tkun soġġetta għal dritt ta’ appell separat iżda tista’ tkun soġġetta għal appell flimkien mad-deċiżjoni skont l-Artikolu 85.
Artikolu 36 14.
L-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika ċ-ċirkostanzi li fihom persuna tkun indipendenti mill-awtorità ta’ riżoluzzjoni u l-istituzzjoni jew entità msemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) għall-finijiet tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, u għall-finijiet tal-Artikolu 74.
Artikolu 36 15.

L-ABE tista’ tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika l-kriterji li ġejjin għall-finijiet tal-paragrafi 1, 3 u 9 ta’ dan l-Artikolu, u għall-finijiet tal-Artikolu 74:

(a) 

il-metodoloġija għall-valutazzjoni tal-valur tal-assi u l-obbligazzjonijiet tal-istituzzjoni jew l-entità msemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1);

(b) 

is-separazzjoni tal-valwazzjonijiet skont l-Artikoli 36 u 74;

(c) 

il-metodoloġija għall-kalkolu u l-inklużjoni ta’ riserva għal telf addizzjonali fil-valutazzjoni proviżorja.

Artikolu 36 16.
L-ABE għandha tressaq l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji msemmi fil-paragrafu 14 lill-Kummissjoni sat-3 ta' Lulju 2015.

Il-Kummissjoni hija ddelegata s-setgħa sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fil-paragrafi 14 u 15 f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 11.05.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014L0059
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.