|
+Artikolu 36 10. |
Artikolu 36 10.Valwazzjoni li ma tikkonformax mar-rekwiżiti stipulati f’dan l-Artikolu għandha titqies bħala provviżorja sakemm persuna indipendenti tkun wettqet valwazzjoni li tkun konformi bis-sħiħ mar-rekwiżiti stipulati f’dan l-Artikolu. Dik il-valwazzjoni ex post definittiva għandha titwettaq hekk malli jkun prattikabbli. Tista’ titwettaq separatament jew flimkien mal-valwazzjoni msemmija fl-Artikolu 74 jew simultanjament miegħu u mal-istess persuna indipendenti bħal dik il-valwazzjoni, iżda għandha tkun distinta minnha. L-għanijiet tal-valwazzjoni ex-post definittiva għandhom ikunu:
(a)
tiżgura li kwalunkwe telf tal-assi tal-istituzzjoni jew l-entità msemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) jiġi rikonoxxut bis-sħiħ fil-kotba tal-kontabilità tal-istituzzjoni jew tal-entità imsemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1);
(b)
tipprovdi informazzjoni biex tittieħed deċiżjoni biex il-pretensjonijiet tal-kredituri jitnaqqsu jew biex jiżdied il-valur tal-konsiderazzjoni mħallsa, skont il-paragrafu 11. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|