+Artikolu 38 Għodda tal-bejgħ ta’ negozju
---+Artikolu 38 1.
---+Artikolu 38 2.
---+Artikolu 38 3.
---+Artikolu 38 4.
---+Artikolu 38 5.
---+Artikolu 38 6.
---+Artikolu 38 7.
---+Artikolu 38 8.
---+Artikolu 38 9.
---+Artikolu 38 10.
---+Artikolu 38 11.
---+Artikolu 38 12.
---+Artikolu 38 13.

Artikolu 38 Għodda tal-bejgħ ta’ negozju

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 38 1.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jkollhom is-setgħa jittrasferixxu għand xerrej li mhuwiex istituzzjoni transitorja:

(a) 

strumenti ta’ sjieda maħruġin minn istituzzjoni taħt riżoluzzjoni;

(b) 

l-assi, id-drittijiet jew l-obbligazzjonijiet kollha ta’ istituzzjoni taħt riżoluzzjoni jew kwalunkwe waħda minn dawn;

Soġġett għall-paragrafi 8 u 9 ta’ dan l-Artikolu u għall-Artikolu 85, it-trasferiment imsemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jsir mingħajr ma jinkiseb il-kunsens tal-azzjonisti tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni jew kwalunkwe parti terza minbarra x-xerrej u mingħajr konformità ma’ kwalunkwe rekwiżit proċedurali taħt il-liġi tal-kumpaniji jew tat-titoli ħlief għal dawk inklużi fl-Artikolu 39.

Artikolu 38 2.
Trasferiment li jsir skont il-paragrafu 1 għandu jsir fuq termini kummerċjali, wara li jitqiesu ċ-ċirkustanzi, u skont ir-regoli tal-għajnuna mill-Istat tal-Unjoni.
Artikolu 38 3.
Skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni għandhom jieħdu l-passi raġonevoli kollha sabiex jiksbu termini kummerċjali għat-trasferiment li huma konformi mal-valutazzjoni mwettqa skont l-Artikolu 36 u b’konsiderazzjoni taċ-ċirkustanzi tal-każ.
Artikolu 38 4.

Soġġett għall-Artikolu 37(7), kwalunkwe korrispettiv li jitħallas mix-xerrej għandu jibbenefika:

(a) 

l-azzjonisti, fejn il-bejgħ tan-negozju jkun sar permezz tat-trasferiment ta’ strumenti ta’ sjieda maħruġin mill-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni mill-azzjonisti lix-xerrej;

(b) 

lill-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni, fejn il-bejgħ tan-negozju jkun sar permezz tat-trasferiment tal-assi jew l-obbligazzjonijiet kollha, jew parti minnhom, tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni lix-xerrej.

Artikolu 38 5.
Meta tapplika l-għodda tal-bejgħ ta’ negozju l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tista’ teżerċita s-setgħa tat-trasferiment aktar minn darba sabiex isiru trasferimenti supplementari ta’ strumenti ta’ sjieda maħruġin mill-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni jew, skont kif ikun il-każ, assi, drittijiet jew obbligazzjonijiet tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni.
Artikolu 38 6.
Wara applikazzjoni tal-għodda tal-bejgħ ta’ negozju, l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jistgħu, bil-kunsens tax-xerrej, jeżerċitaw is-setgħa tat-trasferiment fir-rigward ta’ assi, drittijiet jew obbligazzjonijiet ttrasferiti lix-xerrej sabiex isir it-trasferiment tal-assi, drittijiet jew obbligazzjonijiet lura għand l-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni, jew l-istrumenti ta’ sjieda lura għand is-sidien oriġinali tagħhom, u l-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni jew is-sidien oriġinali għandhom ikunu obbligati jieħdu lura kwalunkwe tali ass, dritt jew obbligu, jew strument ta’ sjieda.
Artikolu 38 7.
Xerrej għandu jkollu l-awtorizzazzjoni adatta biex imexxi n-negozju li jakkwista meta t-trasferiment isir skont il-paragrafu 1. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni għandha tiġi kkunsidrata, flimkien mat-trasferiment, fil-ħin.
Artikolu 38 8.
B’deroga mill-Artikoli 22 sa 25 tad-Direttiva 2013/36/UE, mir-rekwiżit li jinforma lill-awtoritajiet kompetenti fl-Artikolu 26 tad-Direttiva 2013/36/UE, mill-Artikoli 10(3), l-Artikolu 11(1) u (2) u l-Artikoli 12 u 13 tad-Direttiva 2014/65/UE u mir-rekwiżit li jingħata avviż fl-Artikolu 11(3) ta’ dik id-Direttiva, meta trasferiment ta’strumenti ta’ sjieda bis-saħħa ta’ applikazzjoni ta’ għodda tal-bejgħ ta’ negozju jirriżulta f’akkwist jew żieda fil-holding kwalifikanti f’istituzzjoni tat-tip imsemmi fl-Artikolu 22(1) tad-Direttiva 2013/36/UE jew l-Artikolu 11(1) tad-Direttiva 2014/65/UE, l-awtorità kompetenti ta’ dik l-istituzzjoni għandha twettaq il-valutazzjoni meħtieġa taħt dawk l-Artikoli fil-ħin, b’mod li ma ddewwimx l-applikazzjoni tal-għodda tal-bejgħ ta’ negozju u tipprevjeni l-azzjoni ta’ riżoluzzjoni milli tilħaq l-għanijiet tar-riżoluzzjoni rilevanti.
Artikolu 38 9.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jekk l-awtorità kompetenti ta’ dik l-istituzzjoni ma tkunx lestiet il-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 8 mid-data tat-trasferiment tal-istrumenti ta’ sjieda fl-applikazzjoni tal-għodda ta’ bejgħ ta’ negozju mill-awtorità ta’ riżoluzzjoni, id-dispożizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw:

(a) 

dan it-trasferiment ta’ strumenti ta’ sjieda lill-akkwirent għandu jkollu effett legali immedjat;

(b) 

matul il-perijodu ta’ valutazzjoni u matul kwalunkwe perijodu ta’ ċessjoni previst mill-punt (f), id-drittijiet ta’ vot tal-akkwirent marbuta ma’ dawn l-istrumenti ta’ sjieda għandhom jiġu sospiżi u vestiti biss fl-awtorità ta’ riżoluzzjoni, li ma jkollha l-ebda obbligu li teżerċita dawn id-drittijiet tal-vot u li m’għandu jkollha l-ebda obbligu biex teżerċita jew iżżomm milli teżerċita dawn id-drittijiet tal-vot;

(c) 

matul il-perjodu ta’ valutazzjoni u matul kwalunkwe perijodu ta’ ċessjoni previst mill-punt (f), il-penali u miżuri oħrajn għall-ksur tar-rekwiżiti għall-akkwisti u d-disponimenti ta’ holdings kwalifikattivi kkontemplati mill-Artikoli 66, 67, u 68 tad-Direttiva 2013/36/UE m’għandhomx japplikaw għal dan it-trasferiment ta’ strumenti ta’ sjieda;

(d) 

hekk kif titlesta l-valutazzjoni mill-awtorità kompetenti, l-awtorità kompetenti għandha tinnotifika lill-awtorità ta’ riżoluzzjoni u lill-akkwirent bil-miktub dwar jekk l-awtorità kompetenti tapprovax jew, skont l-Artikolu 22(5) tad-Direttiva 2013/36/UE, topponix dan it-trasferiment ta’ strumenti ta’ sjieda lill-akkwirent;

(e) 

jekk l-awtorità kompetenti tapprova dan it-trasferiment ta’ strumenti ta’ sjieda lill-akkwirent, id-drittijiet ta’ vot marbuta ma’ dawn l-istrumenti ta’ sjieda għandu jitqies bħala vestit bis-sħiħ fl-akkwirent hekk kif l-awtorità ta’ riżoluzzjoni u l-akkwirent jirċievu l-avviż ta’ approvazzjoni mill-awtorità kompetenti;

(f) 

jekk l-awtorità kompetenti topponi dan it-trasferiment ta’ strumenti ta’ sjieda lill-akkwirent:

(i) 

id-drittijiet ta’ vot marbuta ma’ dawn l-istrumenti oħra ta’ sjieda kif previst mill-punt (b) għandu jibqa’ effettiv u bis-sħiħ;

(ii) 

l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tista’ titlob lill-akkwirent biex iċedi dawn l-istrumenti ta’ sjieda fi żmien perijodu ta’ ċessjoni determinat minn awtorità ta’ riżoluzzjoni wara li tkun ħadet kont tal-kondizzjonijiet prevalenti tas-suq; u

(iii) 

jekk l-akkwirent ma jlestix din iċ-ċessjoni fi żmien il-perijodu ta’ ċessjoni stabbilit mill-awtorità ta’ riżoluzzjoni, l-awtorità kompetenti, bil-kunsens tal-awtorità ta’ riżoluzzjoni, tista’ timponi fuq l-akkwirent penali u miżuri oħra għall-ksur tar-rekwiżiti għall-akkwisti u d-disponimenti ta’ holdings kwalifikattivi kkontemplati mill-Artikoli 66, 67, u 68 tad-Direttiva 2013/36/UE.

Artikolu 38 10.
Trasferimenti li jsiru bis-saħħa tal-għodda ta’ bejgħ ta’ negozju għandhom ikunu soġġetti għas-salvagwardji msemmija fil-Kapitolu VII tat-Titolu IV.
Artikolu 38 11.
Għall-għanijiet tal-eżerċizzju tad-drittijiet li jiġu fornuti servizzi jew ta’ stabbiliment fi Stat Membru ieħor skont id-Direttiva 2013/36/UE jew id-Direttiva 2014/65/UE, ix-xerrej għandu jitqies bħala kontinwazzjoni tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni, u jista’ jkompli jeżerċita kwalunkwe tali dritt li kien eżerċitat mill-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni fir-rigward tal-assi, id-drittijiet jew l-obbligazzjonijiet ittrasferiti.
Artikolu 38 12.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li x-xerrej imsemmi fil-paragrafu 1 jista’ jkompli jeżerċita d-drittijiet ta’ sħubija u aċċess għal sistemi tal-pagament, l-ikklerjar u s-saldu, il-Boroż, skemi ta’ kumpens tal-investituri u skemi ta’ garanzija ta’ depożiti tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni, sakemm jissodisfa l-kriterji ta’ sħubija u parteċipazzjoni f’tali sistemi.

Minkejja l-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li:

(a) 

l-aċċess ma jiġix miċħud għar-raġuni li x-xerrej ma għandux klassifikazzjoni minn aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu, jew dik il-klassifikazzjoni mhijiex proporzjonata mal-livelli ta’ klassifikazzjoni meħtieġa biex jingħata aċċess għas-sistemi msemmijin fl-ewwel subparagrafu;

(b) 

meta x-xerrej ma jissodisfax il-kriterji ta’ appartenenza jew parteċipazzjoni għal sistema rilevanti ta’ pagament, ikklerjar jew saldu, Borża, skema ta’ kumpens għall-investituri jew skema ta’ garanzija tad-depożiti, id-drittijiet imsemmijin fl-ewwel subparagrafu jiġu eżerċitati għal perjodu ta’ żmien tali kif speċifikat mill-awtorità ta’ riżoluzzjoni, fejn m’għandux jaqbeż l-24 xhar, rinovabbli fuq applikazzjoni mix-xerrej lill-awtorità ta’ riżoluzzjoni.

Artikolu 38 13.
Mingħajr preġudizzju għall-Kapitolu VII tat-Titolu IV, l-azzjonisti jew il-kredituri tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni u partijiet terzi oħra li l-assi, id-drittijiet jew l-obbligazzjonijiet tagħhom ma jiġux ittrasferiti ma għandu jkollhom l-ebda drittijiet fuq jew fir-rigward tal-assi, id-drittijiet jew l-obbligazzjonijiet trasferiti.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 11.05.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014L0059
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.