|
+Artikolu 38 9. |
Artikolu 38 9.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jekk l-awtorità kompetenti ta’ dik l-istituzzjoni ma tkunx lestiet il-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 8 mid-data tat-trasferiment tal-istrumenti ta’ sjieda fl-applikazzjoni tal-għodda ta’ bejgħ ta’ negozju mill-awtorità ta’ riżoluzzjoni, id-dispożizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw:
(a)
dan it-trasferiment ta’ strumenti ta’ sjieda lill-akkwirent għandu jkollu effett legali immedjat;
(b)
matul il-perijodu ta’ valutazzjoni u matul kwalunkwe perijodu ta’ ċessjoni previst mill-punt (f), id-drittijiet ta’ vot tal-akkwirent marbuta ma’ dawn l-istrumenti ta’ sjieda għandhom jiġu sospiżi u vestiti biss fl-awtorità ta’ riżoluzzjoni, li ma jkollha l-ebda obbligu li teżerċita dawn id-drittijiet tal-vot u li m’għandu jkollha l-ebda obbligu biex teżerċita jew iżżomm milli teżerċita dawn id-drittijiet tal-vot;
(c)
matul il-perjodu ta’ valutazzjoni u matul kwalunkwe perijodu ta’ ċessjoni previst mill-punt (f), il-penali u miżuri oħrajn għall-ksur tar-rekwiżiti għall-akkwisti u d-disponimenti ta’ holdings kwalifikattivi kkontemplati mill-Artikoli 66, 67, u 68 tad-Direttiva 2013/36/UE m’għandhomx japplikaw għal dan it-trasferiment ta’ strumenti ta’ sjieda;
(d)
hekk kif titlesta l-valutazzjoni mill-awtorità kompetenti, l-awtorità kompetenti għandha tinnotifika lill-awtorità ta’ riżoluzzjoni u lill-akkwirent bil-miktub dwar jekk l-awtorità kompetenti tapprovax jew, skont l-Artikolu 22(5) tad-Direttiva 2013/36/UE, topponix dan it-trasferiment ta’ strumenti ta’ sjieda lill-akkwirent;
(e)
jekk l-awtorità kompetenti tapprova dan it-trasferiment ta’ strumenti ta’ sjieda lill-akkwirent, id-drittijiet ta’ vot marbuta ma’ dawn l-istrumenti ta’ sjieda għandu jitqies bħala vestit bis-sħiħ fl-akkwirent hekk kif l-awtorità ta’ riżoluzzjoni u l-akkwirent jirċievu l-avviż ta’ approvazzjoni mill-awtorità kompetenti;
(f)
jekk l-awtorità kompetenti topponi dan it-trasferiment ta’ strumenti ta’ sjieda lill-akkwirent:
(i)
id-drittijiet ta’ vot marbuta ma’ dawn l-istrumenti oħra ta’ sjieda kif previst mill-punt (b) għandu jibqa’ effettiv u bis-sħiħ;
(ii)
l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tista’ titlob lill-akkwirent biex iċedi dawn l-istrumenti ta’ sjieda fi żmien perijodu ta’ ċessjoni determinat minn awtorità ta’ riżoluzzjoni wara li tkun ħadet kont tal-kondizzjonijiet prevalenti tas-suq; u
(iii)
jekk l-akkwirent ma jlestix din iċ-ċessjoni fi żmien il-perijodu ta’ ċessjoni stabbilit mill-awtorità ta’ riżoluzzjoni, l-awtorità kompetenti, bil-kunsens tal-awtorità ta’ riżoluzzjoni, tista’ timponi fuq l-akkwirent penali u miżuri oħra għall-ksur tar-rekwiżiti għall-akkwisti u d-disponimenti ta’ holdings kwalifikattivi kkontemplati mill-Artikoli 66, 67, u 68 tad-Direttiva 2013/36/UE. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|