+Artikolu 39 Għodda tal-bejgħ ta’ operat rekwiżiti proċedurali
---+Artikolu 39 1.
---+Artikolu 39 2.
---+Artikolu 39 3.
---+Artikolu 39 4.
|
Artikolu 39 Għodda tal-bejgħ ta’ operat rekwiżiti proċedurali
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 39 1.
|
Soġġett għall-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, meta qed tiġi applikata l-għodda tal-bejgħ ta’ negozju għal istituzzjoni jew entità msemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1), awtorità ta’ riżoluzzjoni għandha tqiegħed fis-suq jew tagħmel l-arranġamenti għat-tqegħid fis-suq tal-assi, drittijiet, obbligazzjonijiet, strumenti ta’ sjieda ta’ dik l-istituzzjoni li l-awtorità għandha l-ħsieb tittrasferixxi. Ġabra ta’ drittijiet, assi u obbligazzjonijiet jistgħu jitqiegħdu fis-suq separatament.
|
|
Artikolu 39 2.
|
Mingħajr preġudizzju għall-qafas ta’ għajnuna mill-Istat tal-Unjoni, fejn applikabbli, it-tqegħid fis-suq imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jitwettaq skont il-kriterji li ġejjin:
(a)
għandu jkun kemm jista’ jkun trasparenti u m’għandux jirrapreżenta ħażin materjalment l-assi, id-drittijiet, l-obbligaazzjonijiet, l-strumenti ta’ sjieda ta’ dik l-istituzzjoni li l-awtorità għandha l-ħsieb li tittrasferixxi, wara li jkun ikkunsidra ċ-ċirkostanzi u b’mod partikolari l-ħtieġa biex tinżamm stabbiltà finanzjarja;
(b)
ma għandhux jiffavorixxi b’mod mhux dovut jew jiddiskrimina bejn xerrejja potenzjali;
(c)
għandu jkun ħieles minn kwalunkwe kunflitt ta’ interess;
(d)
ma għandu jagħti l-ebda vantaġġ inġust lil xi xerrej potenzjali;
(e)
għandu jikkunsidra l-bżonn għal azzjoni tar-riżoluzzjoni effetta u rapida;
(f)
għandu jimmira lejn il-massimizzazzjoni, safejn possibbli, tal-prezz tal-bejgħ tal-ishma jew strumenti oħra ta’ sjieda, l-assi, id-drittijiet jew l-obbligazzjonijet involuti.
Soġġett għall-punt (b) tal-ewwel subparagrafu, il-prinċipji msemmija f’dan il-paragrafu ma għandhomx jipprevjenu lill-awtorità ta’ riżoluzzjoni milli tissolleċita xerrejja potenzjali partikolari. Kwalunkwe divulgazzjoni pubblika tal-kummerċjalizzazzjoni tal-istituzzjoni jew entità msemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) ta’ din id-Direttiva li altrimenti tkun meħtieġa skont l-Artikolu 17(1) tar-Regolament (UE) Nru 596/2014 [MAR] tista’ tiġi posposta skont l-Artikolu 17(4) jew (5) ta’ dak ir-Regolament.
|
|
Artikolu 39 3.
|
L-awtorità ta’ riżoluzzjoni tista’ tapplika l-għodda tal-bejgħ ta’ negozju mingħajr ma tikkonforma mar-rekwiżit tat-tqegħid fis-suq kif stabbilit fil-paragrafu 1 meta tiddetermina li l-konformità ma’ dawk ir-rekwiżiti x’aktarx thedded xi wieħed jew aktar mill-għanijiet tar-riżoluzzjoni u partikolarment jekk ikunu ssodifati l-kondizzjonijiet li ġejjin:
(a)
hija tqis li hemm theddida materjali għall-istabbiltà finanzjarja li tinħoloq jew tiġi aggravata mill-falliment u l-probabbiltà ta’ falliment tal-istituzzjoni taħt ir-riżoluzzjoni; u
(b)
hija tqis li l-konformità ma’ dawk ir-rekwiżiti x’aktarx thedded l-effettività tal-għodda tal-bejgħ ta’ operat fl-indirizzar ta’ dik it-theddida jew biex jintlaħaq l-objettiv tar-riżoluzzjoni msemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 31(2).
|
|
Artikolu 39 4.
|
L-ABE, sat-3 ta' Lulju 2015, għandha tippubblika linji gwida, skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, li jispeċifikaw iċ-ċirkustanzi fattwali li jammontaw għal theddida materjali u l-elementi relatati mal-effettività tal-għodda tal-bejgħ ta’ negozju previsti fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 3.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 11.05.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014L0059
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|