|
+Artikolu 44 2. |
Artikolu 44 2.L-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni ma għandhomx jeżerċitaw setgħat ta’ valwazzjoni negattiva jew konverżjoni fir-rigward tal-obbligazzjonijiet li ġejjin kemm jekk jitmexxew mil-liġi ta’ Stat Membru jew ta’ pajjiż terz:
(a)
depożiti koperti;
(b)
obbligazzjonijiet iggarantiti inklużi bonds koperti u obbligazzjonijiet fil-forma ta’ strumenti finanzjarji użati għal skopijiet ta’ iħħeġġjar li jifformaw parti integrali mill-pool ta’ kopertura u li skont il-liġi nazzjonali huma żgurati b’mod simili bħal bonds koperti;
(c)
kwalunkwe obbligazzjoni li tinħoloq bis-saħħa taż-żamma mill-istituzzjoni jew entità msemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) ta’ din id-Direttiva ta’ assi ta’ klijenti jew flus ta’ klijenti inklużi assi ta’ klijenti jew flus ta’ klijenti miżmuma f’isem l-UCITS kif definit fl-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 2009/65/KE jew tal-AIFs kif definiti fil-punt (a) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 11 ), sakemm tali klijent ikun protett skont il-liġi dwar l-insolvenza applikabbli;
(d)
kwalunkwe obbligazzjoni li tirriżulta permezz ta’ relazzjoni fiduċjarja bejn l-istituzzjoni jew l-entità msemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) (bħala fiduċjarja) u persuna oħra (bħala benefiċjarja) sakemm tali benefiċjarja tkun protetta taħt il-liġi tal-insolvenza jew ċivili applikabbli;
(e)
obbligazzjonijiet għal istituzzjonijiet, minbarra entitajiet li huma parti mill-istess grupp, b’maturità oriġinali ta’ anqas minn sebat ijiem;
(f)
obbligazzjonijiet b'maturità residwa ta' inqas minn sebat ijiem, dovuti lil sistemi jew operaturi ta' sistemi deżinjati skont id-Direttiva 98/26/KE jew lill-parteċipanti tagħhom u li jirriżultaw mill-parteċipazzjoni f'tali sistema, jew lil CCPs awtorizzati fl-Unjoni skont l-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 u CCPs ta' pajjiżi terzi rikonoxxuti mill-ESMA skont l-Artikolu 25 ta' dak ir-Regolament;
(g)
obbligazzjoni għal kwalunkwe minn dawn li ġejjin:
(i)
impjegat, fir-rigward ta’ salarji, benefiċċji ta’ pensjoni dovuti jew remunerazzjoni fissa oħra, ħlief għall-komponent varjabbli tar-renumerazzjoni li mhux regolat bi ftehim kollettiv ta’ xogħol;
(ii)
kreditur kummerċjali jew ta’ negozju li jinħoloq mill-forniment lill-istituzzjoni jew l-entità msemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) ta’ oġġetti jew servizzi li huma kritiċi għall-funzjonament ta’ kuljum tal-operazzjonijiet tagħha, inklużi servizzi tal-IT, utilitajiet u l-kiri, il-manutenzjoni u ż-żamma ta’ postijiet;
(iii)
awtoritajiet tat-taxxa u tas-sigurtà soċjali, sakemm dawk l-obbligazzjonijiet huma ppreferuti taħt il-liġi applikabbli;
(iv)
skemi ta’ garanzija ta’ depożiti li jirriżultaw minn kontribuzzjonijiet dovuti skont id-Direttiva 2014/49/UE;
(h)
obbligazzjonijiet lil istituzzjonijiet jew entitajiet imsemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) li huma parti mill-istess grupp ta' riżoluzzjoni mingħajr ma jkunu huma stess entitajiet ta' riżoluzzjoni, irrispettivament mill-maturitajiet tagħhom, għajr meta dawk l-obbligazzjonijiet jikklassifikaw taħt obbligazzjonijiet mhux garantiti ordinarji skont il-liġi nazzjonali rilevanti li tirregola l-proċedimenti ta' insolvenza normali applikabbli fid-data tat-traspożizzjoni ta' din id-Direttiva; f'każijiet li fihom tkun tapplika dik l-eċċezzjoni, l-awtorità ta' riżoluzzjoni tas-sussidjarja rilevanti li mhijiex entità ta' riżoluzzjoni għandha tivvaluta jekk l-ammont ta' punti li jikkonformaw mal-Artikolu 45f(2) huwiex suffiċjenti biex jappoġġa l-implimentazzjoni tal-istrateġija ta' riżoluzzjoni ppreferuta. Il-punt (g)(i) tal-ewwel subparagrafu m’għandux japplika għall-komponent varjabbli tar-rinumerazzjoni ta’ dawk li jieħdu r-riskju materjali kif identifikat fl-Artikolu 92(2) tad-Direttiva 2013/36/UE. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-assi ggarantiti kollha relatati ma’ pula tal-kopertura ta’ bonds koperti jibqgħu mhux affettwati, segregati u b’finanzjament suffiċjenti. La dak ir-rekwiżit u lanqas il-punt (b) tal-ewwel subparagrafu ma għandhom iwaqqfu l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni, fejn xieraq, milli jeżerċitaw dawk is-setgħat fir-rigward ta’ kwalunkwe parti ta’ obbligazzjoni ggarantita jew obbligazzjoni li għaliha ġie ppleġġjat kollateral li jaqbeż il-valur tal-assi, pleġġ, rahan jew kollateral li huwa garanti tiegħu. Il-punt (a) tal-ewwel subparagrafu ma għandux jimpedixxi lill-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni, fejn xieraq, milli jeżerċitaw dawk is-setgħat fir-rigward ta’ kwalunkwe ammont ta’ depożitu li jaqbeż il-livell ta’ kopertura previst fl-Artikolu 6 tad-Direttiva 2014/49/UE 3 ta' Lulju 2015. Mingħajr preġudizzju għar-regoli ta’ skopertura fir-Regolament (UE) Nru 575/2013 u d-Direttiva 2013/36/UE, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li sabiex jistipulaw għar-riżolvabbiltà tal-istituzzjonijiet u tal-gruppi, l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jillimitaw, skont il-punt (b) tal-Artikolu 17(5) ta’ din id-Direttiva, sa fejn istituzzjonijiet oħra jżommu ►M3 obbligazzjonijiet b'kapaċità ta' rikapitalizzazzjoni interna ◄ , ħlief għal obbligazzjonijiet miżmuma minn entitajiet li huma parti mill-istess grupp. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|