+Artikolu 44 Kamp ta’ applikazzjoni tal-istrument ta’ rikapitulazzjoni interna
---+Artikolu 44 1.
---+Artikolu 44 2.
---+Artikolu 44 3.
---+Artikolu 44 4.
---+Artikolu 44 5.
---+Artikolu 44 6.
---+Artikolu 44 7.
---+Artikolu 44 8.
---+Artikolu 44 9.
---+Artikolu 44 10.
---+Artikolu 44 11.
---+Artikolu 44 12.
|
Artikolu 44 Kamp ta’ applikazzjoni tal-istrument ta’ rikapitulazzjoni interna
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 44 1.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-istrument ta’ rikapitalizzazzjoni interna jkun jista’ jiġi applikat għall-obbligazzjonijiet kollha ta’ istituzzjoni jew entità msemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) li mhumiex esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dik l-għodda skont il-paragrafi 2 jew 3 ta’ dan l-Artikolu.
|
|
Artikolu 44 2.
|
L-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni ma għandhomx jeżerċitaw setgħat ta’ valwazzjoni negattiva jew konverżjoni fir-rigward tal-obbligazzjonijiet li ġejjin kemm jekk jitmexxew mil-liġi ta’ Stat Membru jew ta’ pajjiż terz:
(b)
obbligazzjonijiet iggarantiti inklużi bonds koperti u obbligazzjonijiet fil-forma ta’ strumenti finanzjarji użati għal skopijiet ta’ iħħeġġjar li jifformaw parti integrali mill-pool ta’ kopertura u li skont il-liġi nazzjonali huma żgurati b’mod simili bħal bonds koperti;
(c)
kwalunkwe obbligazzjoni li tinħoloq bis-saħħa taż-żamma mill-istituzzjoni jew entità msemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) ta’ din id-Direttiva ta’ assi ta’ klijenti jew flus ta’ klijenti inklużi assi ta’ klijenti jew flus ta’ klijenti miżmuma f’isem l-UCITS kif definit fl-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 2009/65/KE jew tal-AIFs kif definiti fil-punt (a) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
11
), sakemm tali klijent ikun protett skont il-liġi dwar l-insolvenza applikabbli;
(d)
kwalunkwe obbligazzjoni li tirriżulta permezz ta’ relazzjoni fiduċjarja bejn l-istituzzjoni jew l-entità msemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) (bħala fiduċjarja) u persuna oħra (bħala benefiċjarja) sakemm tali benefiċjarja tkun protetta taħt il-liġi tal-insolvenza jew ċivili applikabbli;
(e)
obbligazzjonijiet għal istituzzjonijiet, minbarra entitajiet li huma parti mill-istess grupp, b’maturità oriġinali ta’ anqas minn sebat ijiem;
▼M3
(f)
obbligazzjonijiet b'maturità residwa ta' inqas minn sebat ijiem, dovuti lil sistemi jew operaturi ta' sistemi deżinjati skont id-Direttiva 98/26/KE jew lill-parteċipanti tagħhom u li jirriżultaw mill-parteċipazzjoni f'tali sistema, jew lil CCPs awtorizzati fl-Unjoni skont l-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 u CCPs ta' pajjiżi terzi rikonoxxuti mill-ESMA skont l-Artikolu 25 ta' dak ir-Regolament;
▼B
(g)
obbligazzjoni għal kwalunkwe minn dawn li ġejjin:
(i)
impjegat, fir-rigward ta’ salarji, benefiċċji ta’ pensjoni dovuti jew remunerazzjoni fissa oħra, ħlief għall-komponent varjabbli tar-renumerazzjoni li mhux regolat bi ftehim kollettiv ta’ xogħol;
(ii)
kreditur kummerċjali jew ta’ negozju li jinħoloq mill-forniment lill-istituzzjoni jew l-entità msemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) ta’ oġġetti jew servizzi li huma kritiċi għall-funzjonament ta’ kuljum tal-operazzjonijiet tagħha, inklużi servizzi tal-IT, utilitajiet u l-kiri, il-manutenzjoni u ż-żamma ta’ postijiet;
(iii)
awtoritajiet tat-taxxa u tas-sigurtà soċjali, sakemm dawk l-obbligazzjonijiet huma ppreferuti taħt il-liġi applikabbli;
(iv)
skemi ta’ garanzija ta’ depożiti li jirriżultaw minn kontribuzzjonijiet dovuti skont id-Direttiva 2014/49/UE;
▼M3
(h)
obbligazzjonijiet lil istituzzjonijiet jew entitajiet imsemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) li huma parti mill-istess grupp ta' riżoluzzjoni mingħajr ma jkunu huma stess entitajiet ta' riżoluzzjoni, irrispettivament mill-maturitajiet tagħhom, għajr meta dawk l-obbligazzjonijiet jikklassifikaw taħt obbligazzjonijiet mhux garantiti ordinarji skont il-liġi nazzjonali rilevanti li tirregola l-proċedimenti ta' insolvenza normali applikabbli fid-data tat-traspożizzjoni ta' din id-Direttiva; f'każijiet li fihom tkun tapplika dik l-eċċezzjoni, l-awtorità ta' riżoluzzjoni tas-sussidjarja rilevanti li mhijiex entità ta' riżoluzzjoni għandha tivvaluta jekk l-ammont ta' punti li jikkonformaw mal-Artikolu 45f(2) huwiex suffiċjenti biex jappoġġa l-implimentazzjoni tal-istrateġija ta' riżoluzzjoni ppreferuta.
▼B
Il-punt (g)(i) tal-ewwel subparagrafu m’għandux japplika għall-komponent varjabbli tar-rinumerazzjoni ta’ dawk li jieħdu r-riskju materjali kif identifikat fl-Artikolu 92(2) tad-Direttiva 2013/36/UE. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-assi ggarantiti kollha relatati ma’ pula tal-kopertura ta’ bonds koperti jibqgħu mhux affettwati, segregati u b’finanzjament suffiċjenti. La dak ir-rekwiżit u lanqas il-punt (b) tal-ewwel subparagrafu ma għandhom iwaqqfu l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni, fejn xieraq, milli jeżerċitaw dawk is-setgħat fir-rigward ta’ kwalunkwe parti ta’ obbligazzjoni ggarantita jew obbligazzjoni li għaliha ġie ppleġġjat kollateral li jaqbeż il-valur tal-assi, pleġġ, rahan jew kollateral li huwa garanti tiegħu. Il-punt (a) tal-ewwel subparagrafu ma għandux jimpedixxi lill-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni, fejn xieraq, milli jeżerċitaw dawk is-setgħat fir-rigward ta’ kwalunkwe ammont ta’ depożitu li jaqbeż il-livell ta’ kopertura previst fl-Artikolu 6 tad-Direttiva 2014/49/UE 3 ta' Lulju 2015. Mingħajr preġudizzju għar-regoli ta’ skopertura fir-Regolament (UE) Nru 575/2013 u d-Direttiva 2013/36/UE, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li sabiex jistipulaw għar-riżolvabbiltà tal-istituzzjonijiet u tal-gruppi, l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jillimitaw, skont il-punt (b) tal-Artikolu 17(5) ta’ din id-Direttiva, sa fejn istituzzjonijiet oħra jżommu
►M3
obbligazzjonijiet b'kapaċità ta' rikapitalizzazzjoni interna ◄ , ħlief għal obbligazzjonijiet miżmuma minn entitajiet li huma parti mill-istess grupp.
|
|
Artikolu 44 3.
|
F’ċirkostanzi eċċezzjonali, meta l-istrument tar-rikapitalizzazzjoni interna jiġi applikat, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tista’ teskludi jew parzjalment teskludi ċertu obbligazzjonijiet mill-applikazzjoni tas-setgħat ta’ valwazzjoni negattiva jew il-konverżjoni fejn:
(a)
mhux possibbli li tirrikapitalizza internament dik l-obbligazzjoni fi żmien raġonevoli minkejja l-isforzi b’rieda tajba tal-awtorità ta’ riżoluzzjoni;
(b)
l-esklużjoni hija strettament neċessarja u hija proporzjonata biex tinkiseb il-kontinwità ta’ funzjonijiet kritiċi u linji ewlenin tan-negozji b’mod li jżomm l-abbiltà tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni biex tkompli l-operazzjonijiet, is-servizzi u t-transazzjonijiet ewlenin;
(c)
l-esklużjoni hija strettament meħtieġa u proporzjonata biex tevita li twassal għal kontaġju wiesa’, partikolarment rigward depożiti eliġibbli miżmuma minn persuni fiżiċi u mikroimpriżi, impriżi ta’ daqs żgħir u medju, li jista’ jħarbat b’mod sever il-funzjonament tas-swieq finanzjarji, inklużi l-infrastrutturi tas-swieq finanzjarji, b’mod li jista’ jikkawża tħarbit serju lill-ekonomija ta’ Stat Membru jew tal-Unjoni; jew
(d)
l-applikazzjoni tal-għodda ta’ rikapitalizzazzjoni interna għal dawk l-obbligazzjonijiet tikkawża qerda fil-valur b’mod li t-telf imġarrab minn kredituri oħra jkun ogħla milli kieku dawk l-obbligazzjonijiet jiġu esklużi mir-rikapitalizzazzjoni interna.
L-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni għandhom jivvalutaw bir-reqqa jekk l-obbligazzjonijiet lil istituzzjonijiet jew entitajiet imsemmija fil-punti (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) li huma parti mill-istess grupp ta' riżoluzzjoni mingħajr ma huma stess entitajiet ta' riżoluzzjoni u li mhumiex esklużi mill-applikazzjoni tas-setgħat ta' valwazzjoni negattiva u ta' konverżjoni skont il-punt (h) tal-paragrafu (2) ta' dan l-Artikolu għandhomx jiġu esklużi jew parzjalment esklużi skont il-punti minn (a) sa (d) tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni effettiva tal-istrateġija tar-riżoluzzjoni. Fejn awtorità ta' riżoluzzjoni tiddeċiedi li teskludi jew parzjalment teskludi obbligazzjoni b'kapaċità ta' rikapitalizzazzjoni interna jew klassi ta' obbligazzjonijiet b'kapaċità ta' rikapitalizzazzjoni interna taħt dan il-paragrafu, il-livell ta' valwazzjoni negattiva jew ta' konverżjoni applikat għal obbligazzjonijiet oħrajn b'kapaċità ta' rikapitalizzazzjoni interna jista' jiġi miżjud sabiex jittieħed kont ta' tali esklużjonijiet, sakemm il-livell ta' valwazzjoni negattiva jew ta' konverżjoni applikat għal obbligazzjonijiet oħrajn b'kapaċità ta' rikapitalizzazzjoni interna jikkonforma mal-prinċipju fil-punt (g) tal-Artikolu 34(1).
|
|
Artikolu 44 4.
|
Fejn awtorità ta' riżoluzzjoni tiddeċiedi li teskludi jew parzjalment teskludi obbligazzjoni b'kapaċità ta' rikapitalizzazzjoni interna jew klassi ta' obbligazzjonijiet b'kapaċità ta' rikapitalizzazzjoni interna skont dan l-Artikolu, u t-telf imġarrab minn dawk l-obbligazzjonijiet ma jkunx ġie mgħoddi b'mod sħiħ lil kredituri oħrajn, l-arranġament tal-finanzjament tar-riżoluzzjoni jista' jagħmel kontribuzzjoni għall-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni biex tagħmel waħda minn dawn, jew it-tnejn, li ġejjin:
(a)
tkopri kwalunkwe telf li ma jkunx ġie assorbit minn obbligazzjonijiet b'kapaċità ta' rikapitalizzazzjoni interna u tirristawra għal żero l-valur nett tal-assi tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni skont il-punt (a) tal-Artikolu 46(1);
(b)
tixtri ishma jew strumenti oħra ta' sjieda jew strumenti kapitali fl-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni, sabiex tiġi rikapitalizzata l-istituzzjoni skont il-punt (b) tal-Artikolu 46(1).
|
|
Artikolu 44 5.
|
L-arranġament tal-finanzjament tar-riżoluzzjoni għandu jagħmel kontribuzzjoni msemmija fil-paragrafu 4 biss fejn:
(a)
tkun saret kontribuzzjoni għall-assorbiment tat-telf u r-rikapitalizzazzjoni tkun ta’ ammont mhux inqas minn 8 % tat-total tal-obbligazzjonijiet inkluż il-fondi proprji tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni, imkejlin fil-mument tal-azzjoni tar-riżoluzzjoni f’konformità mal-valwazzjoni prevista fl-Artikolu 36, mill-azzjonisti u d-detenturi ta’ strumenti kapitali rilevanti u
►M3
obbligazzjonijiet b'kapaċità ta' rikapitalizzazzjoni interna ◄ oħra, permezz ta’ valwazzjoni negattiva u konverżjoni jew mod ieħor; u
(b)
il-kontribuzzjoni tal-arranġament tal-finanzjament tar-riżoluzzjoni ma taqbiżx 5 % tat-total tal-obbligazzjonijiet inklużi l-fondi proprji tal-istituzzjoni li tkun qed tiġi riżolta, imkejla fiż-żmien tal-azzjoni ta’ riżoluzzjoni skont il-valwazzjoni prevista fl-Artikolu 36.
|
|
Artikolu 44 6.
|
Il-kontribuzzjoni tal-arranġament tal-finanzjament tar-riżoluzzjoni msemmija fil-paragrafu 5 tista’ tiġi ffinanzjata minn:
(a)
l-ammont disponibbli għall-arranġament tal-finanzjament tar-riżoluzzjoni li jkun inġabar permezz ta’ kontribuzzjonijiet minn istituzzjonijiet u fergħat fl-Unjoni skont l-Artikolu 100(6) u l-Artikolu 103;
(b)
l-ammont li jista’ jinġabar permezz ta’ kontribuzzjonijiet ex post skont l-Artikolu 104 fi żmien perjodu ta’ tliet snin; u
(c)
fejn l-ammonti msemmija f’(a) u (b) ta’ dan il-paragrafu mhumiex biżżejjed, ammonti miġbura minn sorsi alternattivi ta’ finanzjament skont l-Artikolu 105.
|
|
Artikolu 44 7.
|
F’ċirkostanzi straordinarji, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tista’ tfittex aktar finanzjament minn sorsi alternattivi ta’ finanzjament wara li:
(a)
li jkun intlaħaq il-limitu ta’ 5 % speċifikat fil-paragrafu 5(b); u
(b)
obbligazzjonijiet mhux garantiti, mhux bi preferenza, minbarra d-depożiti eliġibbli, ikunu ġew valwati negattivament jew ikkonvertit b’mod sħiħ.
Bħala alternattiva jew b’żieda ma’ dan, meta l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-ewwel subparagrafu jkunu ġew sodisfatti, l-arranġament tal-finanzjament tar-riżoluzzjoni jista’ jagħmel kontribuzzjoni minn riżorsi li jkunu nġabru permezz ta’ kontribuzzjonijiet ex-ante skont l-Artikolu 100(6) u l-Artikolu 103 u li jkunu għadhom ma ntużawx.
|
|
Artikolu 44 8.
|
B’deroga mill-paragrafu 5(a), l-arranġament tal-finanzjament tar-riżoluzzjoni jista’ jagħmel ukoll kontribuzzjoni kif imsemmi fil-paragrafu 4 dment li:
(a)
il-kontribuzzjoni għall-assorbiment tat-telf u r-rikapitalizzazzjoni msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 5 tkun daqs ammont mhux anqas minn 20 % tal-assi ppeżati għar-riskju tal-istituzzjoni kkonċernata;
(b)
l-arranġament tal-finanzjament tar-riżoluzzjoni tal-Istat Membru kkonċernat ikollu għad-dispożizzjoni tiegħu, permezz ta’ kontribuzzjonijiet ex-ante (minbarra kontribuzzjonijiet għal skema ta’ garanzija tad-depożiti) miġbura skont l-Artikolu 100(6) u l-Artikolu 103, ammont li huwa mill-inqas daqs 3 % tad-depożiti koperti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu awtorizzati fit-territorju ta’ dak l-Istat Membru; u
(c)
l-istituzzjoni kkonċernata jkollha assi inqas minn EUR 900 biljun fuq bażi konsolidata.
|
|
Artikolu 44 9.
|
Meta jkunu qed jiġu eżerċitati d-diskrezzjonijiet taħt il-paragrafu 3, l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni għandhom jikkunsidraw b’mod dovut:
(a)
il-prinċipju li t-telf għandu jiġġarrab l-ewwel mill-azzjonisti u mbagħad, b’mod ġenerali, mill-kredituri tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni f’ordni ta’ preferenza;
(b)
il-livell ta’ kapaċità ta’ assorbiment ta’ telf li jibqa’ fl-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni jekk l-obbligazzjoni jew klassi ta’ obbligazzjonijiet jiġu esklużi; u
(c)
il-ħtieġa li jinżammu riżorsi adegwati għall-finanzjament tar-riżoluzzjoni.
|
|
Artikolu 44 10.
|
L-esklużjonijiet skont il-paragrafu 3 jistgħu jiġu applikati jew biex jeskludu kompletament obbligazzjoni ta’ valwazzjoni negattiva jew biex jillimitaw sa fejn il-valwazzjoni negattiva tapplika għal dik l-obbligazzjoni.
|
|
Artikolu 44 11.
|
Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 115 sabiex tispeċifika aktar iċ-ċirkostanzi meta esklużjoni hija meħtieġa sabiex jintlaħqu l-għanijiet speċifikati fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu.
|
|
Artikolu 44 12.
|
Qabel teżerċita d-diskrezzjoni li teskludi obbligazzjoni skont paragrafu 3, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni għandha tavża lill-Kummissjoni. Fejn l-esklużjoni tkun teħtieġ kontribuzzjoni mill-arranġament tal-finanzjament tar-riżoluzzjoni jew sors alternattiv ta’ finanzjament skont paragrafi 4 sa 8, il-Kumissjoni tista’, fi żmien 24 siegħa li tirċievi din in-notifika, jew perjodu itwal bil-qbil tal-awtorità tar-riżoluzzjoni, tipprojbixxi jew titlob emendi għall-esklużjoni proposta jekk ir-rekwiżiti ta’ dan l-Artikolu u l-atti delegati ma jiġux sodisfatti sabiex tiġi protetta l-integrità tas-suq intern. Dan huwa mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tal-Kummissjoni tar-regoli tal-qafas tal-Unjoni dwar l-għajnuna mill-Istat.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 11.05.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014L0059
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|