|
+Artikolu 44 3. |
Artikolu 44 3.F’ċirkostanzi eċċezzjonali, meta l-istrument tar-rikapitalizzazzjoni interna jiġi applikat, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tista’ teskludi jew parzjalment teskludi ċertu obbligazzjonijiet mill-applikazzjoni tas-setgħat ta’ valwazzjoni negattiva jew il-konverżjoni fejn:
(a)
mhux possibbli li tirrikapitalizza internament dik l-obbligazzjoni fi żmien raġonevoli minkejja l-isforzi b’rieda tajba tal-awtorità ta’ riżoluzzjoni;
(b)
l-esklużjoni hija strettament neċessarja u hija proporzjonata biex tinkiseb il-kontinwità ta’ funzjonijiet kritiċi u linji ewlenin tan-negozji b’mod li jżomm l-abbiltà tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni biex tkompli l-operazzjonijiet, is-servizzi u t-transazzjonijiet ewlenin;
(c)
l-esklużjoni hija strettament meħtieġa u proporzjonata biex tevita li twassal għal kontaġju wiesa’, partikolarment rigward depożiti eliġibbli miżmuma minn persuni fiżiċi u mikroimpriżi, impriżi ta’ daqs żgħir u medju, li jista’ jħarbat b’mod sever il-funzjonament tas-swieq finanzjarji, inklużi l-infrastrutturi tas-swieq finanzjarji, b’mod li jista’ jikkawża tħarbit serju lill-ekonomija ta’ Stat Membru jew tal-Unjoni; jew
(d)
l-applikazzjoni tal-għodda ta’ rikapitalizzazzjoni interna għal dawk l-obbligazzjonijiet tikkawża qerda fil-valur b’mod li t-telf imġarrab minn kredituri oħra jkun ogħla milli kieku dawk l-obbligazzjonijiet jiġu esklużi mir-rikapitalizzazzjoni interna. L-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni għandhom jivvalutaw bir-reqqa jekk l-obbligazzjonijiet lil istituzzjonijiet jew entitajiet imsemmija fil-punti (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) li huma parti mill-istess grupp ta' riżoluzzjoni mingħajr ma huma stess entitajiet ta' riżoluzzjoni u li mhumiex esklużi mill-applikazzjoni tas-setgħat ta' valwazzjoni negattiva u ta' konverżjoni skont il-punt (h) tal-paragrafu (2) ta' dan l-Artikolu għandhomx jiġu esklużi jew parzjalment esklużi skont il-punti minn (a) sa (d) tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni effettiva tal-istrateġija tar-riżoluzzjoni. Fejn awtorità ta' riżoluzzjoni tiddeċiedi li teskludi jew parzjalment teskludi obbligazzjoni b'kapaċità ta' rikapitalizzazzjoni interna jew klassi ta' obbligazzjonijiet b'kapaċità ta' rikapitalizzazzjoni interna taħt dan il-paragrafu, il-livell ta' valwazzjoni negattiva jew ta' konverżjoni applikat għal obbligazzjonijiet oħrajn b'kapaċità ta' rikapitalizzazzjoni interna jista' jiġi miżjud sabiex jittieħed kont ta' tali esklużjonijiet, sakemm il-livell ta' valwazzjoni negattiva jew ta' konverżjoni applikat għal obbligazzjonijiet oħrajn b'kapaċità ta' rikapitalizzazzjoni interna jikkonforma mal-prinċipju fil-punt (g) tal-Artikolu 34(1). 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|