+Artikolu 45 Applikazzjoni u kalkolu tar-rekwiżit minimu għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli
---+Artikolu 45 1.
---+Artikolu 45 2.
---+Artikolu 45 3.
|
Artikolu 45 Applikazzjoni u kalkolu tar-rekwiżit minimu għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 45 1.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-istituzzjonijiet u l-entitajiet imsemmija fil-punti (b), (c) u (d) tal-Artikolu 1(1) jissodisfaw, f'kull ħin, ir-rekwiżiti għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli fejn meħtieġ minn u skont dan l-Artikolu u l-Artikoli 45a sa 45i.
|
|
Artikolu 45 2.
|
Ir-rekwiżit imsemmi fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandu jiġi kkalkolat skont l-Artikolu 45c(3), (5) jew (7), kif applikabbli, bħala l-ammont ta' fondi proprji u obbligazzjoni eliġibbli u espress bħala persentaġġi ta':
(a)
l-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju tal-entità rilevanti msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, ikkalkolat f'konformità mal-Artikolu 92(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013; u
(b)
il-miżura tal-iskopertura totali tal-entità rilevanti msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, ikkalkolata f'konformità mal-Artikoli 429 u 429a tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.
|
|
Artikolu 45 3.
|
F'konformità mal-Artikolu 65(4) tar-Regolament (UE) 2019/2033, ir-referenzi għall-Artikolu 92 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 f'din id-Direttiva rigward ir-rekwiżiti ta' fondi proprji fuq bażi individwali ta' ditti tal-investiment imsemmija fil-punt 3 tal-Artikolu 2(1) ta' din id-Direttiva u li mhumiex id-ditti tal-investiment imsemmija fl-Artikolu 1(2) jew (5) tar-Regolament (UE) 2019/2033 għandhom jinftehmu kif ġej:
(a)-
referenzi għall-punt (c) tal-Artikolu 92(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 rigward ir-rekwiżit tal-proporzjon totali tal-kapital f'din id-Direttiva għandhom jirreferu għall-Artikolu 11(1) tar-Regolament (UE)2019/2033;
(b)
referenzi għall-Artikolu 92(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 rigward l-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju f'din id-Direttiva għandhom jirreferu għar-rekwiżit applikabbli fl-Artikolu 11(1) tar-Regolament (UE) 2019/2033.multiplikat bi 12,5.
F'konformità mal-Artikolu 65 tad-Direttiva (UE) 2019/2034, ir-referenzi f'din id-Direttiva għall-Artikolu 104a tad-Direttiva 2013/36/UE f'din id-Direttiva rigward ir-rekwiżiti addizzjonali ta' fondi proprji ta' ditti tal-investiment imsemmija fil-punt 3 tal-Artikolu 2(1) ta' din id-Direttiva u li ma jkunux ditti tal-investiment imsemmija fl-Artikolu 1(2) jew (5) tar-Regolament (UE) 2019/2033 għandhom jinftehmu bħala li jirreferu għall-Artikolu 40 tad-Direttiva (UE) 2019/2034.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 11.05.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014L0059
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|