|
+Artikolu 45b 3. |
Artikolu 45b 3.Fejn obbligazzjonijiet jinħarġu minn sussidjarja stabbilita fl-Unjoni għal azzjonist eżistenti li ma jkunx parti mill-istess grupp ta' riżoluzzjoni, u dik is-sussidjarja tkun parti mill-istess grupp ta' riżoluzzjoni bħall-entità ta' riżoluzzjoni, dawk l-obbligazzjonijiet għandhom jiġu inklużi fl-ammont ta' fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli ta' dik l-entità ta' riżoluzzjoni dment li jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
(a)
jinħarġu f'konformità mal-punt (a) tal-Artikolu 45f(2);
(b)
l-eżerċizzju tas-setgħa ta' valwazzjoni negattiva jew ta' konverżjoni fir-rigward ta' dawk l-obbligazzjonijiet f'konformità mal-Artikoli 59 jew 62 ma jaffettwax il-kontroll tas-sussidjarja mill-entità ta' riżoluzzjoni;
(c)
dawk l-obbligazzjonijiet ma jaqbżux ammont determinat mit-tnaqqis:
(i)
tas-somma tal-obbligazzjonijiet maħruġa lil u mixtrija mill-entità ta' riżoluzzjoni jew direttament inkella indirettament permezz ta' entitajiet oħra fl-istess grupp ta' riżoluzzjoni u l-ammont ta' fondi proprji maħruġa f'konformità mal-punt (b) tal-Artikolu 45f(2)
(ii)
mill-ammont meħtieġ f'konformità mal-Artikolu 45f(1). 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|