+Artikolu 45b Obbligazzjonijiet eliġibbli għal entitajiet ta' riżoluzzjoni
---+Artikolu 45b 1.
---+Artikolu 45b 2.
---+Artikolu 45b 3.
---+Artikolu 45b 4.
---+Artikolu 45b 5.
---+Artikolu 45b 6.
---+Artikolu 45b 7.
---+Artikolu 45b 8.
---+Artikolu 45b 9.

Artikolu 45b Obbligazzjonijiet eliġibbli għal entitajiet ta' riżoluzzjoni

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 45b 1.

L-obbligazzjonijiet eliġibbli għandhom jiġu inklużi fl-ammont ta' fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli ta' entitajiet ta' riżoluzzjoni biss fejn dawn jissodisfaw il-kondizzjonijiet imsemmija fl-Artikoli li ġejjin tar-Regolament (UE) Nru 575/2013:

(a) 

Artikolu 72a;

(b) 

l-Artikolu 72b, bl-eċċezzjoni tal-punt (d) tal-paragrafu 2; u

(c) 

l-Artikolu 72c.

B'deroga mill-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, meta din id-Direttiva tirreferi għar-rekwiżiti fl-Artikolu 92a jew l-Artikolu 92b tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, għall-fini ta' dawk l-Artikoli, l-obbligazzjonijiet eliġibbli għandhom jikkonsistu minn obbligazzjonijiet eliġibbli kif iddefiniti fl-Artikolu 72k ta' dak ir-Regolament u determinati skont il-Kapitolu 5a tat-Titolu I tat-Tieni Parti ta' dak ir-Regolament.

Artikolu 45b 2.

L-obbligazzjonijiet li jirriżultaw minn strumenti tad-dejn b'derivattivi inkorporati, bħal noti strutturati, li jissodisfaw il-kondizzjonijiet tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1, ħlief għall-punt (l) tal-Artikolu 72a(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, għandhom jiġu inklużi biss fl-ammont ta' fondi proprji u ta' obbligazzjonijiet eliġibbli meta tiġi ssodisfata xi waħda mill-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

l-ammont prinċipali tal-obbligazzjoni li tirriżulta mill-istrument tad-dejn ikun magħruf fil-mument tal-ħruġ, ikun fiss jew qed jiżdied u mhux affettwat minn karatteristika ta' derivattiv inkorporat u l-ammont totali tal-obbligazzjoni li tirriżulta mill-istrument tad-dejn, inkluż id-derivattiv inkorporat, jistgħu jiġu vvalutati fuq bażi ta' kuljum b'referenza għal suq bidirezzjonali attiv u likwidu għal strument ekwivalenti mingħajr riskju ta' kreditu, f'konformità mal-Artikoli 104 u 105 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013; jew

(b) 

l-istrument tad-dejn jinkludi terminu kuntrattwali li jispeċifika li l-valur tal-pretensjoni f'każijiet kemm ta' insolvenza tal-emittent kif ukoll ta' riżoluzzjoni tal-emittent ikun fiss jew qed jiżdied, u ma jeċċedix l-ammont inizjalment imħallas totalment tal-obbligazzjoni.

L-istrumenti tad-dejn imsemmija fl-ewwel subparagrafu, inkluż id-derivattivi inkorporati tagħhom, m'għandhomxikunu soġġetti għal xi ftehim ta' netting u l-valutazzjoni ta' tali strumenti m'għandhiex tkun soġġetta għall-Artikolu 49(3).

L-obbligazzjonijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jiġu inklużi biss fl-ammont ta' fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli fir-rigward tal-parti tal-obbligazzjoni li tikkorrispondi għall-ammont prinċipali msemmi fil-punt (a) ta' dak is-subparagrafu jew għall-ammont fiss jew li qed jiżdied imsemmi fil-punt (b) ta' dak is-subparagrafu.

Artikolu 45b 3.

Fejn obbligazzjonijiet jinħarġu minn sussidjarja stabbilita fl-Unjoni għal azzjonist eżistenti li ma jkunx parti mill-istess grupp ta' riżoluzzjoni, u dik is-sussidjarja tkun parti mill-istess grupp ta' riżoluzzjoni bħall-entità ta' riżoluzzjoni, dawk l-obbligazzjonijiet għandhom jiġu inklużi fl-ammont ta' fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli ta' dik l-entità ta' riżoluzzjoni dment li jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a) 

jinħarġu f'konformità mal-punt (a) tal-Artikolu 45f(2);

(b) 

l-eżerċizzju tas-setgħa ta' valwazzjoni negattiva jew ta' konverżjoni fir-rigward ta' dawk l-obbligazzjonijiet f'konformità mal-Artikoli 59 jew 62 ma jaffettwax il-kontroll tas-sussidjarja mill-entità ta' riżoluzzjoni;

(c) 

dawk l-obbligazzjonijiet ma jaqbżux ammont determinat mit-tnaqqis:

(i) 

tas-somma tal-obbligazzjonijiet maħruġa lil u mixtrija mill-entità ta' riżoluzzjoni jew direttament inkella indirettament permezz ta' entitajiet oħra fl-istess grupp ta' riżoluzzjoni u l-ammont ta' fondi proprji maħruġa f'konformità mal-punt (b) tal-Artikolu 45f(2)

(ii) 

mill-ammont meħtieġ f'konformità mal-Artikolu 45f(1).

Artikolu 45b 4.

Mingħajr preġudizzju għar-rekwiżit minimu fl-Artikolu 45c(5) jew fil-punt (a) tal-Artikolu 45d(1), l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni għandhom jiżguraw li parti mir-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 45e li tkun daqs 8 % mit-total tal-obbligazzjonijiet, inklużi l-fondi proprji, għandha tiġi ssodisfata minn entitajiet ta' riżoluzzjoni li huma G-SII jew li huma entitajiet ta' riżoluzzjoni li jkunu soġġetti għall-Artikolu 45c(5) jew (6) bl-użu ta' fondi proprji, strumenti eliġibbli subordinati, jew obbligazzjonijiet kif imsemmija fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu. L-awtorità ta' riżoluzzjoni tista' tippermetti li livell aktar baxx minn 8 % mit-total tal-obbligazzjonijiet, inklużi fondi proprji, iżda ogħla mill-ammont li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-formula (1-X1/X2) x8 % tal-obbligazzjonijiet totali, inklużi fondi proprji, għandu jiġi ssodisfat minn entitajiet ta' riżoluzzjoni li huma G-SIIs jew huma entitajiet ta' riżoluzzjoni li jkunu soġġetti għall-Artikolu 45c(5) jew (6) bl-użu ta' fondi proprji, strumenti eliġibbli subordinati, jew obbligazzjonijiet kif imsemmi fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu, dment li jkunu ssodisfati l-kondizzjonijiet kollha stabbiliti fl-Artikolu 72b(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, fejn, fid-dawl tat-tnaqqis li jkun possibbli taħt l-Artikolu 72b(3) ta' dak ir-Regolament:

X1 = 3.5 % tal-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju kkalkolat f'konformità mal-Artikolu 92(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013; u
X2 = l-ammont li jirriżulta mis-somma ta' 18 % tal-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju kkalkolat f'konformità mal-Artikolu 92(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u l-ammont tar-rekwiżit ta' riżerva kombinata.

Għall-entitajiet ta' riżoluzzjoni li jkunu soġġetti għall-Artikolu 45c(5), fejn l-applikazzjoni tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu twassal għal rekwiżit 'il fuq minn 27 % tal-ammont tal-iskopertura totali għar-riskju, għall-entità ta' riżoluzzjoni kkonċernata, l-awtorità ta' riżoluzzjoni għandha tillimita l-parti tar-rekwiżit imsemmija fl-Artikolu 45e li għandha tiġi ssodisfata bl-użu ta' fondi proprji, strumenti eliġibbli subordinati, jew obbligazzjonijiet kif imsemmi fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu, għal ammont daqs 27 % tal-ammont tal-iskopertura totali għar-riskju, jekk l-awtorità ta' riżoluzzjoni tkun sabet mill-valutazzjoni li:

(a) 

l-aċċess għal arranġament ta' finanzjament ta' riżoluzzjoni mhux meqjus bħala opzjoni biex tiġi riżolta dik l-entità ta' riżoluzzjoni fil-pjan ta' riżoluzzjoni; u

(b) 

fejn il-punt (a) ma japplikax, ir-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 45e jippermetti lil dik l-entità ta' riżoluzzjoni tissodisfa r-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 44(5) jew 44(8) kif applikabbli.

Meta jwettqu l-valutazzjoni msemmija fit-tieni subparagrafu, l-awtorità ta' riżoluzzjoni għandha tieħu kont ukoll tar-riskju ta' impatt sproporzjonat fuq l-entità ta' riżoluzzjoni kkonċernata.

Għall-entitajiet ta' riżoluzzjoni li jkunu soġġetti għall-Artikolu 45c(6), it-tieni subparagrafu ta' dan il-paragrafu ma japplikax.

Artikolu 45b 5.

Għal entitajiet ta' riżoluzzjoni li la huma G-SII u lanqas entitajiet ta' riżoluzzjoni li jkunu soġġetti għall-Artikolu 45c(5) jew (6), l-awtorità ta' riżoluzzjoni tista' tiddeċiedi li parti mir-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 45e li tkun sal-ogħla waħda mit-8 % tat-total tal-obbligazzjonijiet, inklużi l-fondi proprji, tal-entità u tal-formula msemmija fil-paragrafu 7, għandha tiġi ssodisfata bl-użu ta' fondi proprji, strumenti eliġibbli subordinati, jew obbligazzjonijiet kif imsemmi fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu, sakemm il-kondizzjonijiet li ġejjin ikunu ssodisfati:

(a) 

obbligazzjonijiet mhux subordinati msemmija fil-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu għandhom l-istess klassifikazzjoni ta' prijorità fil-ġerarkija ta' insolvenza nazzjonali bħal ċerti obbligazzjonijiet li huma esklużi mill-applikazzjoni tas-setgħat ta' valutazzjoni negattiva u ta' konverżjoni skont l-Artikolu 44(2) jew l-Artikolu 44(3);

(b) 

ikun hemm riskju li, b'riżultat ta' applikazzjoni ppjanata ta' setgħat ta' valutazzjoni negattiva u ta' konverżjoni għal obbligazzjonijiet mhux subordinati li mhumiex esklużi mill-applikazzjoni tas-setgħat ta' valutazzjoni negattiva u ta' konverżjoni skont l-Artikolu 44(2) jew l-Artikolu 44(3), kredituri li l-pretensjonijiet tagħhom jirriżultaw minn dawk l-obbligazzjonijiet iġarrbu telf akbar milli kienu kieku jġarrbu fi stralċ taħt proċedimenti ta' insolvenza normali;

(c) 

l-ammont ta' fondi proprji u obbligazzjonijiet subordinati oħra ma jaqbiżx l-ammont neċessarju biex jiġi żgurat li l-kredituri msemmijin fil-punt (b) ma jġarrbux telf ogħla mil-livell tat-telf li altrimenti kienu jġarrbu fi stralċ taħt proċedimenti normali ta' insolvenza.

Fejn l-awtorità ta' riżoluzzjoni tiddetermina li, fi klassi ta' obbligazzjonijiet li tinkludi obbligazzjonijiet eliġibbli, l-ammont tal-obbligazzjonijiet li huma esklużi jew li hemm probabbiltà raġonevoli li jiġu esklużi mill-applikazzjoni tas-setgħat ta' valwazzjoni negattiva u ta' konverżjoni skont l-Artikolu 44(2) jew l-Artikolu 44(3), jammonta għal aktar minn 10 % ta' dik il-klassi, l-awtorità ta' riżoluzzjoni għandha tivvaluta r-riskju msemmi fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu.

Artikolu 45b 6.
Għall-finijiet tal-paragrafi 4, 5 u 7, l-obbligazzjonijiet derivattivi għandhom jiġu inklużi fl-obbligazzjonijiet totali fuq il-bażi li jingħata rikonoxximent sħiħ lid-drittijiet ta' nettjar tal-kontroparti.

Il-fondi proprji ta' entità ta' riżoluzzjoni li jkunu użati għall-konformità mar-rekwiżit ta' riżerva kombinata għandhom ikunu eliġibbli għall-konformità mar-rekwiżiti msemmija fil-paragrafi 4, 5 u 7.

Artikolu 45b 7.

B'deroga mill-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu, l-awtorità ta' riżoluzzjoni tista' tiddeċiedi li r-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 45e ta' din id-Direttiva għandu jiġi ssodisfat minn entitajiet ta' riżoluzzjoni li huma GSII jew minn entitajiet ta' riżoluzzjoni li jkunu soġġetti għall-Artikoli 45c(5) jew (6) ta' din id-Direttiva bl-użu ta' fondi proprji, strumenti eliġibbli subordinati, jew obbligazzjonijiet imsemmijin fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu, sal-punt li, minħabba l-obbligu tal-entità ta' riżoluzzjoni li tikkonforma mar-rekwiżit ta' riżerva kombinata u r-rekwiżiti msemmijin fl-Artikolu 92a tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, fl-Artikolu 45c(5) u fl-Artikolu 45e ta' din id-Direttiva, is-somma totali ta' dawk il-fondi proprji, strumenti u obbligazzjonijiet ma taqbiżx l-ogħla ta':

(a) 

8 % tal-obbligazzjonijiet totali, inklużi fondi proprji, tal-entità; jew,

(b) 

l-ammont li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-formola Ax2+Bx2+C, fejn A, B u C huma l-ammonti li ġejjin:

A = l-ammont li jirriżulta mir-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 92(1)(c) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
B = l-ammont li jirriżulta mir-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 104a tad-Direttiva 2013/36/UE;
C = l-ammont li jirriżulta mir-rekwiżit ta' riżerva kombinata.
Artikolu 45b 8.
L-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jistgħu jeżerċitaw is-setgħa msemmija fil-paragrafu 7 ta' dan l-Artikolu fir-rigward tal-entitajiet ta' riżoluzzjoni li huma G-SII jew li huma soġġetti għall-Artikolu 45c(5) jew (6), li jissodisfaw waħda mill-kondizzjonijiet stabbiliti fit-tieni subparagrafu ta' dan il-paragrafu, sa limitu ta' 30 % tal-għadd totali tal-entitajiet kollha ta' riżoluzzjoni li huma G-SII jew li huma soġġetti għall-Artikolu 45c(5) jew (6) li għalihom l-awtorità ta' riżoluzzjoni tiddetermina r-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 45e.

Il-kondizzjonijiet għandhom jiġu kkunsidrati mill-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni kif ġej:

(a) 

fejn ġew identifikati impedimenti sostantivi għar-riżolvibbiltà fil-valutazzjoni preċedenti tar-riżolvibbiltà, u jew:

(i) 

ma tkun ittieħdet ebda azzjoni ta' rimedju wara l-applikazzjoni tal-miżuri msemmijin fl-Artikolu 17(5) fl-iskeda ta' żmien deċiża mill-awtorità ta' riżoluzzjoni, jew

(ii) 

l-impedimenti sostantivi identifikati ma jistgħux jiġu indirizzati bl-użu ta' kwalunkwe waħda mil-miżuri msemmijin fl-Artikolu 17(5), u l-eżerċizzju tas-setgħa msemmija fil-paragrafu 7 ta' dan l-Artikolu jkun jikkumpensa parzjalment jew kompletament għall-impatt negattiv tal-impedimenti sostantivi fuq ir-riżolvibbiltà;

(b) 

l-awtorità ta' riżoluzzjoni tqis li l-fattibbiltà u l-kredibbiltà tal-istrateġija ta' riżoluzzjoni preferuta mill-entità jkunu limitati, b'kont meħud tad-daqs tal-entità ta' riżoluzzjoni, l-interkonnettività, in-natura, l-iskop, ir-riskju u l-kumplessità tal-attivitajiet tagħha, l-istatus legali tagħha u l-istruttura azzjonarja tagħha; jew

(c) 

ir-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 104a tad-Direttiva 2013/36/UE jirrifletti l-fatt li l-entità ta' riżoluzzjoni li hija G-SII jew hija soġġetta għall-Artikolu 45c(5) jew (6) ta' din id-Direttiva tkun, f'termini ta' stat ta' riskju, fost l-aqwa 20 % tal-aktar istituzzjonijiet riskjużi li għalihom l-awtorità ta' riżoluzzjoni tiddetermina r-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 45(1) ta' din id-Direttiva.

Għall-finijiet tal-perċentwali msemmijin fl-ewwel u t-tieni subparagrafi, l-awtorità ta' riżoluzzjoni għandha żżid in-numru li jirriżulta mill-kalkolu sal-eqreb numru sħiħ.

L-Istati Membri jistgħu, billi jqisu l-ispeċifiċitajiet tas-settur bankarju nazzjonali tagħhom, inkluż b'mod partikolari n-numru ta' entitajiet ta' riżoluzzjoni li huma G-SIIs jew li huma soġġetti għall-Artikolu 45c(5) jew (6) li għalihom l-awtorità nazzjonali ta' riżoluzzjoni tiddetermina r-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 45e, jiffissaw il-perċentwal imsemmi fl-ewwel subparagrafu fuq livell ogħla minn 30 %.

Artikolu 45b 9.
L-awtorità ta' riżoluzzjoni għandha tieħu d-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 5 jew 7 biss wara li tikkonsulta mal-awtorità kompetenti.

Meta tieħu dawk id-deċiżjonijiet, l-awtorità ta' riżoluzzjoni għandha tqis ukoll:

(a) 

il-profondità tas-suq għall-istrumenti ta' fondi proprji u l-istrumenti eliġibbli subordinati tal-entità ta' riżoluzzjoni, l-ipprezzar ta' tali strumenti, fejn dawn jeżistu, u l-ħin meħtieġ biex titwettaq kwalunkwe transazzjoni meħtieġa għall-fini ta' konformità mad-deċiżjoni;

(b) 

l-ammont ta' strumenti ta' obbligazzjonijiet eliġibbli li jissodisfaw il-kondizzjonijiet kollha msemmijin fl-Artikolu 72a tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 li jkollhom maturità residwa ta' anqas minn sena mid-data tad-deċiżjoni, bil-ħsieb li jsiru aġġustamenti kwantitattivi għar-rekwiżiti msemmijin fil-paragrafi 5 u 7 ta' dan l-Artikolu;

(c) 

id-disponibbiltà u l-ammont ta' strumenti li jissodisfaw il-kondizzjonijiet kollha msemmijin fl-Artikolu 72a tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 barra fil-punt (d) tal-Artikolu 72b(2) ta' dak ir-Regolament;

(d) 

jekk l-ammont ta' obbligazzjonijiet li huma esklużi mill-applikazzjoni tas-setgħat ta' valwazzjoni negattiva u ta' konverżjoni f'konformità mal-Artikolu 44(2) jew (3) u li, fi proċedimenti ta' insolvenza normali, jikklassifikaw fl-istess livell ta' jew taħt l-obbligazzjonijiet eliġibbli bl-ogħla klassifikazzjoni jkun sinifikanti meta mqabbel mal-fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli tal-entità ta' riżoluzzjoni. Fejn l-ammont ta' obbligazzjonijiet esklużi ma jaqbiżx il-5 % tal-ammont tal-fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli tal-entità ta' riżoluzzjoni, l-ammont eskluż għandu jitqies bħala mhux sinifikanti. Ogħla minn dak il-limitu, is-sinifikat tal-obbligazzjonijiet esklużi għandu jkun ivvalutat mill-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni;

(e) 

il-mudell ta' negozju, il-mudell ta' finanzjament, u l-profil tar-riskju tal-entità ta' riżoluzzjoni, kif ukoll l-istabbiltà tagħha u l-abbiltà li tikkontribwixxi għall-ekonomija; u

(f) 

l-impatt tal-ispejjeż ta' ristrutturar possibbli fuq ir-rikapitalizzazzjoni tal-entità ta' riżoluzzjoni.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 11.05.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014L0059
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.