|
+Artikolu 45c 6. |
Artikolu 45c 6.Awtorità ta' riżoluzzjoni tista', wara li tikkonsulta lill-awtorità kompetenti, tiddeċiedi li tapplika r-rekwiżiti stipulati fil-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu għal entità ta' riżoluzzjoni li mhix soġġetta għall-Artikolu 92a tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u li hija parti minn grupp ta' riżoluzzjoni li l-assi totali tiegħu ma jaqbżux EUR 100 biljun u li l-awtorità ta' riżoluzzjoni tkun ivvalutat bħala raġonevolment probabbli li tippreżenta riskju sistemiku fil-każ tal-falliment tagħha. Meta tieħu deċiżjoni kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, l-awtorità ta' riżoluzzjoni għandha tqis:
(a)
il-prevalenza ta' depożiti, u n-nuqqas ta' strumenti tad-dejn fil-mudell ta' finanzjament;
(b)
il-punt sa fejn l-aċċess għas-swieq kapitali għal obbligazzjonijiet eliġibbli jkun limitat;
(c)
il-punt sa fejn l-entità ta' riżoluzzjoni tiddipendi fuq kapital tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni biex jiġi ssodisfat ir-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 45e. In-nuqqas ta' deċiżjoni skont l-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu huwa mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe deċiżjoni skont l-Artikolu 45b(5). 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|