|
+Artikolu 45f 2. |
Artikolu 45f 2.Ir-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 45(1) għal entitajiet imsemmijin fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandu jiġi ssodisfat bl-użu ta' wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin:
(a)
obbligazzjonijiet:
(i)
li jinħarġu lil u jinxtraw mill-entità ta' riżoluzzjoni direttament jew indirettament permezz ta' entitajiet oħra f'dak l-istess grupp ta' riżoluzzjoni li xtara l-obbligazzjonijiet mill-entità li tkun soġġetta għal dan l-Artikolu jew li jinħarġu lil u jinxtraw minn azzjonist eżistenti li mhuwiex parti mill-istess grupp ta' riżoluzzjoni sakemm l-eżerċizzju tas-setgħat ta' valwazzjoni negattiva jew ta' konverżjoni skont l-Artikoli 59 sa 62 ma jaffettwax il-kontroll tas-sussidjarja mill-entitajiet ta' riżoluzzjoni;
(ii)
li jissodisfaw il-kriterji ta' eliġibbiltà msemmijin fl-Artikolu 72a tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, ħlief għall-punti (b), (c), (k), (l) u (m) tal-Artikolu 72b(2) u l-Artikolu 72b minn (3) sa (5) ta' dak ir-Regolament;
(iii)
li jikklassifikaw, fi proċedimenti ta' insolvenza normali, taħt l-obbligazzjonijiet li ma jissodisfawx il-kondizzjoni msemmija fil-punt (i) u li mhumiex eliġibbli għal rekwiżiti ta' fondi proprji;
(iv)
li huma soġġetti għas-setgħat ta' valwazzjoni negattiva jew ta' konverżjoni skont l-Artikoli 59 sa 62 b'mod li jkun konsistenti mal-istrateġija ta' riżoluzzjoni tal-grupp ta' riżoluzzjoni, b'mod partikolari billi ma jiġix affettwat il-kontroll tas-sussidjarja mill-entità ta' riżoluzzjoni;
(v)
li x-xiri ta' sjieda li mhuwiex iffinanzjat direttament jew indirettament mill-entità li tkun soġġetta għal dan l-Artikolu;
(vi)
li d-dispożizzjonijiet li jirregolawhom ma jindikawx b'mod espliċitu jew impliċitu li l-obbligazzjonijiet jinxtraw, jinfdew, jitħallsu lura jew jinxtraw mill-ġdid b'mod bikri, kif applikabbli, mill-entità li tkun soġġetta għal dan l-Artikolu għajr fil-każ tal-insolvenza jew il-likwidazzjoni ta' dik l-entità, u dik l-entità ma tipprovdix b'mod ieħor indikazzjoni tali;
(vii)
li d-dispożizzjonijiet li jirregolawhom ma jagħtux lid-detentur id-dritt li jaċċellera l-pagament skedat fil-futur tal-imgħax jew tal-kapital, ħlief fil-każ ta' insolvenza jew likwidazzjoni tal-entità li tkun soġġetta għal dan l-Artikolu;
(viii)
li l-livell ta' pagamenti ta' mgħax jew dividenti, kif applikabbli, dovut fuqhom ma jiġix emendat abbażi tal-affidabbiltà kreditizja tal-entità li tkun soġġetta għal dan l-Artikolu jew tal-impriża omm tagħha.
(b)
fondi proprji, kif ġej:
(i)
kapital tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni, u
(ii)
fondi proprji oħrajn li:
—
jinħarġu lil u jinxtraw minn entitajiet li huma inklużi fl-istess grupp ta' riżoluzzjoni, jew
—
jinħarġu lil u jinxtraw minn entitajiet li mhumiex inklużi fl-istess grupp ta' riżoluzzjoni sakemm l-eżerċizzju tas-setgħat ta' valwazzjoni negattiva jew ta' konverżjoni skont l-Artikoli 59 sa 62 ma jaffettwax il-kontroll tas-sussidjarja mill-entità ta' riżoluzzjoni.
1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|