+Artikolu 45f Applikazzjoni tar-rekwiżit minimu għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli għal entitajiet li mhumiex huma stess entitajiet ta' riżoluzzjoni
---+Artikolu 45f 1.
---+Artikolu 45f 2.
---+Artikolu 45f 2a.
---+Artikolu 45f 2b.
---+Artikolu 45f 3.
---+Artikolu 45f 4.
---+Artikolu 45f 5.

Artikolu 45f Applikazzjoni tar-rekwiżit minimu għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli għal entitajiet li mhumiex huma stess entitajiet ta' riżoluzzjoni

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 45f 1.
Istituzzjonijiet li huma sussidjarji ta' entità ta' riżoluzzjoni jew entità ta' pajjiż terz, iżda li mhumiex huma stess entitajiet ta' riżoluzzjoni, għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 45c fuq bażi individwali.

Awtorità ta' riżoluzzjoni tista', wara li tikkonsulta lill-awtorità kompetenti, tiddeċiedi li tapplika r-rekwiżit stipulat f'dan l-Artikolu għal entità msemmija fil-punti (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) li hija sussidjarja ta' entità ta' riżoluzzjoni iżda li mhijiex entità ta' riżoluzzjoni hija stess.

B'deroga mill-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, l-impriżi omm tal-Unjoni li mhumiex entitajiet ta' riżoluzzjoni huma stess, iżda huma sussidjarji ta' entitajiet ta' pajjiżi terzi, għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikoli 45c u 45d fuq bażi konsolidata.

B’deroga mill-ewwel u t-tieni subparagrafi, awtorità ta’ riżoluzzjoni tista’ tiddeċiedi li tiddetermina r-rekwiżit stabbilit fl-Artikolu 45c fuq bażi konsolidata għal sussidjarja kif imsemmija f’dan il-paragrafu fejn l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tikkonkludi li l-kundizzjonijiet li ġejjin kollha huma ssodisfati:

(a) 

is-sussidjarja tissodisfa waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(i) 

is-sussidjarja tkun miżmuma direttament mill-entità ta’ riżoluzzjoni u:

— 
entità ta’ riżoluzzjoni tkun kumpanija azzjonarja finanzjarja prinċipali tal-Unjoni jew kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta prinċipali tal-Unjoni;
— 
kemm is-sussidjarja kif ukoll l-entità ta’ riżoluzzjoni jkunu stabbiliti fl-istess Stat Membru u jkunu parti mill-istess grupp ta’ riżoluzzjoni;
— 
l-entità ta’ riżoluzzjoni ma jkollha direttament l-ebda istituzzjoni sussidjarja jew l-ebda entità sussidjarja kif imsemmija fl-Artikolu 1(1), il-punt (b), (c) jew (d), meta dik l-entità tkun soġġetta għar-rekwiżiti stabbiliti f’dan l-Artikolu jew għar-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 45c, għajr is-sussidjarja kkonċernata;
— 
is-sussidjarja tkun affettwata b’mod sproporzjonat mit-tnaqqis meħtieġ skont l-Artikolu 72e(5) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
(ii) 

is-sussidjarja tkun soġġetta għar-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 104a tad-Direttiva 2013/36/UE fuq bażi konsolidata biss u d-determinazzjoni tar-rekwiżit stabbilit fl-Artikolu 45c ta’ din id-Direttiva fuq bażi konsolidata ma twassalx għal dikjarazzjoni eċċessiva tal-ħtiġijiet ta’ rikapitalizzazzjoni, għall-finijiet tal-Artikolu 45c(1), il-punt (b), ta’ din id-Direttiva, tas-subgrupp li jikkonsisti f’entitajiet fil-perimetru ta’ konsolidazzjoni kkonċernat, b’mod partikolari fejn hemm prevalenza ta’ entitajiet ta’ likwidazzjoni fl-istess perimetru ta’ konsolidazzjoni;

(b) 

il-konformità mar-rekwiżit stabbilit fl-Artikolu 45c fuq bażi konsolidata bħala sostitut għall-konformità ma’ dak ir-rekwiżit fuq bażi individwali ma tfixkilx b’mod materjali kwalunkwe minn dawn li ġejjin:

(i) 

il-kredibbiltà u l-fattibbiltà tal-istrateġija ta’ riżoluzzjoni tal-grupp;

(ii) 

il-kapaċità tas-sussidjarja li tikkonforma mar-rekwiżit ta’ fondi proprji tagħha wara l-eżerċizzju tas-setgħa ta’ valwazzjoni negattiva u ta’ konverżjoni; u

(iii) 

l-adegwatezza tal-mekkaniżmu ta’ trasferiment intern tat-telf u tar-rikapitalizzazzjoni, inkluż il-valwazzjoni negattiva jew il-konverżjoni, f’konformità mal-Artikolu 59, tal-istrumenti kapitali rilevanti u l-obbligazzjonijiet eliġibbli tas-sussidjarja kkonċernata jew ta’ entitajiet oħra fil-grupp ta’ riżoluzzjoni.

Għall-gruppi ta' riżoluzzjoni identifikati skont il-punt (b) tal-punt (83b) tal-Artikolu 2(1), dawk l-istituzzjonijiet ta' kreditu li huma affiljati b'mod permanenti ma' korp ċentrali, iżda li mhumiex entitajiet ta' riżoluzzjoni huma stess, korp ċentrali li mhuwiex entità ta' riżoluzzjoni huwa stess, u kwalunkwe entità ta' riżoluzzjoni li mhijiex soġġetta għar-rekwiżit taħt l-Artikolu 45e(3), għandhom jikkonformaw mal-Artikoli 45c(7) fuq bażi individwali.

Ir-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 45(1) għal entità msemmija f'dan il-paragrafu għandu jiġi determinat skont l-Artikoli 45h u 89, fejn applikabbli, u abbażi tar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 45c.

Artikolu 45f 2.

Ir-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 45(1) għal entitajiet imsemmijin fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandu jiġi ssodisfat bl-użu ta' wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin:

(a) 

obbligazzjonijiet:

(i) 

li jinħarġu lil u jinxtraw mill-entità ta' riżoluzzjoni direttament jew indirettament permezz ta' entitajiet oħra f'dak l-istess grupp ta' riżoluzzjoni li xtara l-obbligazzjonijiet mill-entità li tkun soġġetta għal dan l-Artikolu jew li jinħarġu lil u jinxtraw minn azzjonist eżistenti li mhuwiex parti mill-istess grupp ta' riżoluzzjoni sakemm l-eżerċizzju tas-setgħat ta' valwazzjoni negattiva jew ta' konverżjoni skont l-Artikoli 59 sa 62 ma jaffettwax il-kontroll tas-sussidjarja mill-entitajiet ta' riżoluzzjoni;

(ii) 

li jissodisfaw il-kriterji ta' eliġibbiltà msemmijin fl-Artikolu 72a tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, ħlief għall-punti (b), (c), (k), (l) u (m) tal-Artikolu 72b(2) u l-Artikolu 72b minn (3) sa (5) ta' dak ir-Regolament;

(iii) 

li jikklassifikaw, fi proċedimenti ta' insolvenza normali, taħt l-obbligazzjonijiet li ma jissodisfawx il-kondizzjoni msemmija fil-punt (i) u li mhumiex eliġibbli għal rekwiżiti ta' fondi proprji;

(iv) 

li huma soġġetti għas-setgħat ta' valwazzjoni negattiva jew ta' konverżjoni skont l-Artikoli 59 sa 62 b'mod li jkun konsistenti mal-istrateġija ta' riżoluzzjoni tal-grupp ta' riżoluzzjoni, b'mod partikolari billi ma jiġix affettwat il-kontroll tas-sussidjarja mill-entità ta' riżoluzzjoni;

(v) 

li x-xiri ta' sjieda li mhuwiex iffinanzjat direttament jew indirettament mill-entità li tkun soġġetta għal dan l-Artikolu;

(vi) 

li d-dispożizzjonijiet li jirregolawhom ma jindikawx b'mod espliċitu jew impliċitu li l-obbligazzjonijiet jinxtraw, jinfdew, jitħallsu lura jew jinxtraw mill-ġdid b'mod bikri, kif applikabbli, mill-entità li tkun soġġetta għal dan l-Artikolu għajr fil-każ tal-insolvenza jew il-likwidazzjoni ta' dik l-entità, u dik l-entità ma tipprovdix b'mod ieħor indikazzjoni tali;

(vii) 

li d-dispożizzjonijiet li jirregolawhom ma jagħtux lid-detentur id-dritt li jaċċellera l-pagament skedat fil-futur tal-imgħax jew tal-kapital, ħlief fil-każ ta' insolvenza jew likwidazzjoni tal-entità li tkun soġġetta għal dan l-Artikolu;

(viii) 

li l-livell ta' pagamenti ta' mgħax jew dividenti, kif applikabbli, dovut fuqhom ma jiġix emendat abbażi tal-affidabbiltà kreditizja tal-entità li tkun soġġetta għal dan l-Artikolu jew tal-impriża omm tagħha.

(b) 

fondi proprji, kif ġej:

(i) 

kapital tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni, u

(ii) 

fondi proprji oħrajn li:

— 
jinħarġu lil u jinxtraw minn entitajiet li huma inklużi fl-istess grupp ta' riżoluzzjoni, jew
— 
jinħarġu lil u jinxtraw minn entitajiet li mhumiex inklużi fl-istess grupp ta' riżoluzzjoni sakemm l-eżerċizzju tas-setgħat ta' valwazzjoni negattiva jew ta' konverżjoni skont l-Artikoli 59 sa 62 ma jaffettwax il-kontroll tas-sussidjarja mill-entità ta' riżoluzzjoni.
Artikolu 45f 2a.

Meta entità kif imsemmi fil-paragrafu 1 tikkonforma mar-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 45(1) fuq bażi konsolidata, l-ammont ta’ fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli ta’ dik l-entità għandu jinkludi l-obbligazzjonijiet li ġejjin maħruġa f’konformità mal-paragrafu 2, il-punt (a), ta’ dan l-Artikolu minn sussidjarja stabbilita fl-Unjoni inkluża fil-konsolidament ta’ dik l-entità:

(a) 

l-obbligazzjonijiet maħruġa lil u mixtrija mill-entità ta’ riżoluzzjoni, jew direttament, jew indirettament permezz ta’ entitajiet oħra fl-istess grupp ta’ riżoluzzjoni li ma jkunux inklużi fil-konsolidament tal-entità li tikkonforma mar-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 45(1) fuq bażi konsolidata;

(b) 

l-obbligazzjonijiet maħruġa lil azzjonist eżistenti li ma jkunx parti mill-istess grupp ta’ riżoluzzjoni.

Artikolu 45f 2b.

L-obbligazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2a, il-punti (a) u (b), ta’ dan l-Artikolu, ma għandhomx jaqbżu l-ammont iddeterminat billi titnaqqas mill-ammont tar-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 45(1) applikabbli għas-sussidjarja inkluża fil-konsolidament is-somma ta’ dawn kollha li ġejjin:

(a) 

l-obbligazzjonijiet maħruġa lil u mixtrija mill-entità li tikkonforma mar-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 45(1) fuq bażi konsolidata, jew direttament, jew indirettament permezz ta’ entitajiet oħra fl-istess grupp ta’ riżoluzzjoni li jkunu inklużi fil-konsolidament ta’ dik l-entità;

(b) 

l-ammont ta’ fondi proprji li jinħarġu f’konformità mal-paragrafu 2(b) ta’ dan l-Artikolu.

Artikolu 45f 3.

L-awtorità ta' riżoluzzjoni ta' sussidjarja li mhix entità ta' riżoluzzjoni tista' tirrinunzja l-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu għal dik is-sussidjarja meta:

(a) 

kemm is-sussidjarja kif ukoll l-entità ta' riżoluzzjoni huma stabbiliti fl-istess Stat Membru u huma parti mill-istess grupp ta' riżoluzzjoni;

(b) 

l-entità ta' riżoluzzjoni tikkonforma mar-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 45e;

(c) 

ma hemm l-ebda impediment materjali prattiku jew legali attwali jew antiċipat għat-trasferiment minnufih ta' fondi proprji jew ħlas lura ta' obbligazzjonijiet mill-entità ta' riżoluzzjoni lis-sussidjarja li fir-rigward tagħha saret determinazzjoni skont l-Artikolu 59(3), b'mod partikolari fejn azzjoni ta' riżoluzzjoni tittieħed fir-rigward tal-entità ta' riżoluzzjoni;

(d) 

l-entità ta' riżoluzzjoni tissodisfa lill-awtorità kompetenti rigward it-tmexxija prudenti tas-sussidjarja u tkun iddikjarat, bil-kunsens tal-awtorità kompetenti, li tiggarantixxi l-impenji li s-sussidjarja tkun daħlet għalihom, jew ir-riskji fis-sussidjarja ma huma tal-ebda sinifikat;

(e) 

il-proċeduri tal-evalwazzjoni, il-kalkolu u l-kontroll tar-riskju tal-entità ta' riżoluzzjoni jkopru lis-sussidjarja;

(f) 

l-entità ta' riżoluzzjoni għandha aktar minn 50 % tad-drittijiet tal-vot marbuta mal-ishma fil-kapital tas-sussidjarja jew għandha d-dritt li taħtar jew tneħħi maġġoranza tal-membri tal-korp maniġerjali tas-sussidjarja;

Artikolu 45f 4.

L-awtorità ta' riżoluzzjoni ta' sussidjarja li mhix entità ta' riżoluzzjoni tista' tirrinunzja ukoll l-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu għal dik is-sussidjarja meta:

(a) 

kemm is-sussidjarja kif ukoll l-impriża omm tagħha huma stabbiliti fl-istess Stat Membru u huma parti mill-istess grupp ta' riżoluzzjoni;

(b) 

l-impriża omm tikkonforma fuq bażi konsolidata mar-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 45(1) f'dak l-Istat Membru;

(c) 

ma hemm l-ebda impediment materjali, prattiku jew legali attwali jew antiċipat għat-trasferiment minnufih ta' fondi proprji jew ħlas lura ta' obbligazzjonijiet mill-impriża omm lis-sussidjarja li fir-rigward tagħha saret determinazzjoni skont l-Artikolu 59(3), b'mod partikolari fejn jittieħdu azzjoni jew setgħat ta' riżoluzzjoni msemmijin fl-Artikolu 59(1) fir-rigward tal-impriża omm;

(d) 

l-impriża omm tissodisfa lill-awtorità kompetenti rigward it-tmexxija prudenti tas-sussidjarja u tkun iddikjarat, bil-kunsens tal-awtorità kompetenti, li hi tiggarantixxi l-impenji li s-sussidjarja tkun daħlet għalihom, jew ir-riskji fis-sussidjarja mhuma ta' ebda sinifikat;

(e) 

il-proċeduri tal-evalwazzjoni, tal-kalkolu u l-kontroll tar-riskju tal-impriża omm ikunu jkopru s-sussidjarja;

(f) 

l-impriża omm ikollha aktar minn 50 % tad-drittijiet tal-vot marbuta mal-ishma fil-kapital tas-sussidjarja jew ikollha d-dritt li taħtar jew tneħħi l-maġġoranza tal-membri tal-korp maniġerjali tas-sussidjarja.

Artikolu 45f 5.

Meta l-kondizzjonijiet stipulati fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 3 jiġu ssodisfati, l-awtorità ta' riżoluzzjoni ta' sussidjarja tista' tippermetti li r-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 45(1) jiġi ssodisfat bis-sħiħ jew parzjalment b'garanzija pprovduta mill-entità ta' riżoluzzjoni, li tissodisfa l-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

il-garanzija hija prevista għal mill-inqas l-ammont li jkun ekwivalenti għall-ammont tar-rekwiżit li tissostitwixxih;

(b) 

jingħata bidu għall-garanzija meta s-sussidjarja ma tkunx tista' tħallas id-djun tagħha jew obbligazzjonijiet oħra meta jaslu biex jitħallsu, jew tkun saret determinazzjoni skont l-Artikolu 59(3) fir-rigward tas-sussidjarja, skont liema waħda tkun tiġi l-ewwel;

(c) 

il-garanzija hija kollateralizzata permezz ta' ftehim kollaterali finanzjarju kif definit fil-punt (a) tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2002/47/KE għal mill-inqas 50 % tal-ammont tagħha;

(d) 

il-kollateral li jappoġġa l-garanzija jissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikolu 197 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, li, wara haircuts adegwatament konservattivi, ikun biżżejjed biex ikopri l-ammont kollateralizzat kif imsemmi fil-punt (c);

(e) 

il-kollateral li jkun qed jappoġġa l-garanzija mhuwiex gravat u, b'mod partikolari, mhuwiex użat bħala kollateral biex jappoġġa kwalunkwe garanzija oħra;

(f) 

il-kollateral għandu maturità effettiva li tissodisfa l-istess kondizzjoni ta' maturità bħal dik imsemmija fl-Artikolu 72c(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013; u

(g) 

ma hemm l-ebda ostaklu legali, regolatorju jew operattiv għat-trasferiment tal-kollateral mill-entità ta' riżoluzzjoni għas-sussidjarja rilevanti, inkluż fejn tittieħed azzjoni ta' riżoluzzjoni fir-rigward tal-entità ta' riżoluzzjoni.

Għall-finijiet tal-punt (g) tal-ewwel subparagrafu, fuq talba tal-awtorità ta' riżoluzzjoni, l-entità ta' riżoluzzjoni għandha tipprovdi opinjoni legali indipendenti bil-miktub u raġunat jew għandha turi b'mod sodisfaċenti li ma hemm l-ebda ostaklu legali, regolatorju jew operattiv għat-trasferiment tal-kollateral mill-entità ta' riżoluzzjoni għas-sussidjarja rilevanti.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 11.05.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014L0059
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.