|
+Artikolu 45h 4. |
Artikolu 45h 4.Fejn deċiżjoni konġunta ma titteħidx fi żmien erba' xhur minħabba nuqqas ta' qbil fir-rigward ta' rekwiżit ta' grupp ta' riżoluzzjoni konsolidat imsemmi fl-Artikolu 45e, għandha tittieħed deċiżjoni dwar dak ir-rekwiżit mill-awtorità ta' riżoluzzjoni tal-entità ta' riżoluzzjoni wara li tkun ħadet kont debitament ta':
(a)
l-evalwazzjoni ta' entitajiet ta' grupp ta' riżoluzzjoni li mhumiex entità ta' riżoluzzjoni, imwettqa mill-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni rilevanti;
(b)
l-opinjoni tal-awtorità ta' riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp, meta tkun differenti mill-awtorità ta' riżoluzzjoni tal-entità ta' riżoluzzjoni. Fejn, fi tmiem il-perijodu ta' erba' xhur, kwalunkwe waħda mill-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni konċernati tkun irreferiet il-kwistjoni lill-EBA skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, l-awtorità ta' riżoluzzjoni tal-entità ta' riżoluzzjoni għandha tiddifferixxi d-deċiżjoni tagħha u tistenna kwalunkwe deċiżjoni li l-EBA tista' tieħu skont l-Artikolu 19(3) ta' dak ir-Regolament, u għandha tieħu d-deċiżjoni tagħha skont id-deċiżjoni tal-EBA. Id-deċiżjoni tal-EBA għandha tqis il-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu. Il-perijodu ta' erba' xhur għandu jitqies bħala l-perijodu ta' konċiljazzjoni skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010. L-EBA għandha tieħu d-deċiżjoni tagħha fi żmien xahar. Il-kwistjoni ma għandhiex tiġi riferuta lill-EBA wara t-tmiem tal-perijodu ta' erba' xhur jew wara li tkun intlaħqet deċiżjoni konġunta. Fin-nuqqas ta' deċiżjoni tal-EBA fi żmien xahar mir-riferiment tal-kwistjoni lilha, għandha tapplika d-deċiżjoni tal-awtorità ta' riżoluzzjoni tal-entità. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|