+Artikolu 45h Proċedura għad-determinazzjoni tar-rekwiżit minimu għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli
---+Artikolu 45h 1.
---+Artikolu 45h 2.
---+Artikolu 45h 3.
---+Artikolu 45h 4.
---+Artikolu 45h 5.
---+Artikolu 45h 6.
---+Artikolu 45h 7.
---+Artikolu 45h 8.

Artikolu 45h Proċedura għad-determinazzjoni tar-rekwiżit minimu għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 45h 1.

L-awtorità ta' riżoluzzjoni tal-entità ta' riżoluzzjoni, l-awtorità ta' riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp, fejn din tal-aħħar tkun differenti minn dik ta' qabel, u l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni responsabbli mis-sussidjarji ta' grupp ta' riżoluzzjoni li jkunu soġġetti għar-rekwiżit fl-Artikolu 45f fuq bażi individwali għandhom jagħmlu dak kollu fil-limiti tas-setgħat tagħhom biex jaslu għal deċiżjoni konġunta dwar:

(a) 

l-ammont tar-rekwiżit applikat fil-livell konsolidat tal-grupp ta' riżoluzzjoni għal kull entità ta' riżoluzzjoni; u

(b) 

l-ammont tar-rekwiżit applikat fuq bażi individwali għal kull entità ta' grupp ta' riżoluzzjoni li mhix entità ta' riżoluzzjoni.

Id-deċiżjoni konġunta għandha tiżgura l-konformità mal-Artikoli 45e u 45f għandha tkun kompletament ġustifikata u pprovduta lil:

(a) 

l-entità ta' riżoluzzjoni mill-awtorità ta' riżoluzzjoni tagħha;

(b) 

l-entitajiet ta' grupp ta' riżoluzzjoni li mhumiex entità ta' riżoluzzjoni mill-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni ta' dawk l-entitajiet;

(c) 

l-impriża omm tal-Unjoni tal-grupp mill-awtorità ta' riżoluzzjoni tal-entità ta' riżoluzzjoni, meta dik l-impriża omm tal-Unjoni ma tkunx hija stess entità ta' riżoluzzjoni mill-istess grupp ta' riżoluzzjoni.

Id-deċiżjoni konġunta meħuda skont dan l-Artikolu tista' tipprovdi li, meta konsistenti mal-istrateġija ta' riżoluzzjoni u ma jkunux inxtraw strumenti suffiċjenti li jikkonformaw mal-Artikolu 45f(2) direttament jew indirettament mill-entità ta' riżoluzzjoni, ir-rekwiżiti msemmijin fl-Artikolu 45c(7) jkunu parzjalment issodisfati mis-sussidjarja f'konformità mal-Artikolu 45f(2) bi strumenti maħruġa lil u mixtrija minn entitajiet li ma jappartjenux għall-grupp ta' riżoluzzjoni.

Artikolu 45h 2.
Fejn aktar minn entità G-SII waħda li hija parti mill-istess G-SII tkun entità ta’ riżoluzzjoni jew entità ta’ pajjiż terz li tkun entità ta’ riżoluzzjoni li kieku kienet stabbilita fl-Unjoni, l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiddiskutu u, fejn ikun il-każ u b’mod konsistenti mal-istrateġija ta’ riżoluzzjoni tal-G-SII, jaqblu dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 72e tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u kwalunkwe aġġustament biex tkun minimizzata jew eliminata d-differenza bejn it-total tal-ammonti msemmija tal-Artikolu 45d(4), il-punt (a), ta’ din id-Direttiva u l-Artikolu 12a, il-punt (a), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 għal entitajiet ta’ riżoluzzjoni individwali jew għal entitajiet ta’ pajjiżi terzi u t-total tal-ammonti msemmija fl-Artikolu 45d(4), il-punt (b), ta’ din id-Direttiva u l-Artikolu 12a, il-punt (b), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

Tali aġġustament jista’ jiġi applikat soġġett għas-segwenti:

(a) 

l-aġġustament jista’ jiġi applikat fir-rigward tad-differenzi fil-kalkolu tal-ammonti totali tal-iskopertura għar-riskju bejn l-Istati Membri jew il-pajjiżi terzi rilevanti billi jiġi aġġustat il-livell tar-rekwiżit;

(b) 

l-aġġustament ma għandux jiġi applikat biex ikunu eliminati d-differenzi li jirriżultaw mill-iskoperturi bejn il-gruppi ta’ riżoluzzjoni.

It-total tal-ammonti msemmija fl-Artikolu 45d(4), il-punt (a), ta’ din id-Direttiva u l-Artikolu 12a, il-punt (a), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 għal entitajiet ta’ riżoluzzjoni individwali jew entitajiet ta’ pajjiżi terzi li jkunu entitajiet ta’ riżoluzzjoni li kieku kienu stabbiliti fl-Unjoni ma għandux ikun iktar baxx mit-total tal-ammonti msemmija fl-Artikolu 45d(4), il-punt (b), ta’ din id-Direttiva u l-Artikolu 12a, il-punt (b), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

Artikolu 45h 3.
Fin-nuqqas ta' deċiżjoni konġunta fi żmien erba' xhur, għandha tittieħed deċiżjoni skont il-paragrafi 4 sa 6.
Artikolu 45h 4.

Fejn deċiżjoni konġunta ma titteħidx fi żmien erba' xhur minħabba nuqqas ta' qbil fir-rigward ta' rekwiżit ta' grupp ta' riżoluzzjoni konsolidat imsemmi fl-Artikolu 45e, għandha tittieħed deċiżjoni dwar dak ir-rekwiżit mill-awtorità ta' riżoluzzjoni tal-entità ta' riżoluzzjoni wara li tkun ħadet kont debitament ta':

(a) 

l-evalwazzjoni ta' entitajiet ta' grupp ta' riżoluzzjoni li mhumiex entità ta' riżoluzzjoni, imwettqa mill-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni rilevanti;

(b) 

l-opinjoni tal-awtorità ta' riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp, meta tkun differenti mill-awtorità ta' riżoluzzjoni tal-entità ta' riżoluzzjoni.

Fejn, fi tmiem il-perijodu ta' erba' xhur, kwalunkwe waħda mill-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni konċernati tkun irreferiet il-kwistjoni lill-EBA skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, l-awtorità ta' riżoluzzjoni tal-entità ta' riżoluzzjoni għandha tiddifferixxi d-deċiżjoni tagħha u tistenna kwalunkwe deċiżjoni li l-EBA tista' tieħu skont l-Artikolu 19(3) ta' dak ir-Regolament, u għandha tieħu d-deċiżjoni tagħha skont id-deċiżjoni tal-EBA.

Id-deċiżjoni tal-EBA għandha tqis il-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu.

Il-perijodu ta' erba' xhur għandu jitqies bħala l-perijodu ta' konċiljazzjoni skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010. L-EBA għandha tieħu d-deċiżjoni tagħha fi żmien xahar.

Il-kwistjoni ma għandhiex tiġi riferuta lill-EBA wara t-tmiem tal-perijodu ta' erba' xhur jew wara li tkun intlaħqet deċiżjoni konġunta.

Fin-nuqqas ta' deċiżjoni tal-EBA fi żmien xahar mir-riferiment tal-kwistjoni lilha, għandha tapplika d-deċiżjoni tal-awtorità ta' riżoluzzjoni tal-entità.

Artikolu 45h 5.

Fejn deċiżjoni konġunta ma titteħidx fi żmien erba' xhur minħabba nuqqas ta' qbil dwar il-livell tar-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 45f li għandu jiġi applikat għal kwalunkwe entità ta' grupp ta' riżoluzzjoni fuq bażi individwali, id-deċiżjoni għandha tittieħed mill-awtorità ta' riżoluzzjoni ta' dik l-entità, fejn il-kondizzjonijiet kollha li ġejjin huma ssodisfati:

(a) 

l-opinjonijiet u r-riżervi espressi bil-miktub mill-awtorità ta' riżoluzzjoni tal-entità ta' riżoluzzjoni jkunu ġew meqjusa b'mod debitu, u

(b) 

fejn l-awtorità ta' riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp tkun differenti mill-awtorità ta' riżoluzzjoni tal-entità ta' riżoluzzjoni, l-opinjonijiet u r-riżervi espressi bil-miktub mill-awtorità ta' riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp ikunu ġew meqjusa b'mod debitu;

Fejn, fi tmiem il-perijodu ta' erba' xhur, l-awtorità ta' riżoluzzjoni tal-awtorità ta' riżoluzzjoni jew l-awtorità ta' riżoluzzjoni fil-livell ta' grupp tkun irreferiet il-kwistjoni lill-EBA skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni responsabbli mis-sussidjarji fuq bażi individwali għandhom jiddiferixxu d-deċiżjonijiet tagħhom u jistennew kwalunkwe deċiżjoni li l-EBA tista' tieħu skont l-Artikolu 19(3) ta' dak ir-Regolament, u għandhom jieħdu d-deċiżjonijiet tagħhom skont id-deċiżjoni tal-EBA. Id-deċiżjoni tal-EBA għandha tqis il-punti (a), u (b) tal-ewwel subparagrafu.

Il-perijodu ta' erba' xhur għandu jitqies bħala l-perijodu ta' konċiljazzjoni skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010. L-EBA għandha tieħu d-deċiżjoni tagħha fi żmien xahar.

Il-kwistjoni ma għandhiex tiġi riferuta lill-EBA wara t-tmiem tal-perijodu ta' erba' xhur jew wara li tkun intlaħqet deċiżjoni konġunta.

L-awtorità ta' riżoluzzjoni tal-entità ta' riżoluzzjoni jew l-awtorità ta' riżoluzzjoni fil-livell ta' grupp ma għandhomx jirreferu l-kwistjoni lill-EBA għal medjazzjoni vinkolanti meta l-livell stabbilit mill-awtorità ta' riżoluzzjoni tas-sussidjarja:

(a) 

ikun fi ħdan it-2 % tal-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju kkalkolat f'konformità mal-Artikolu 92(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tar-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 45e; u

(b) 

jikkonforma mal-Artikolu 45c(7).

Jekk l-EBA tonqos milli tieħu deċiżjoni fi żmien xahar mir-riferiment tal-kwistjoni lilha, għandhom japplikaw id-deċiżjonijiet tal-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni tas-sussidjarji.

Id-deċiżjoni konġunta u kwalunkwe deċiżjoni meħuda fin-nuqqas ta' deċiżjoni konġunta għandhom jiġu rieżaminati u fejn rilevanti aġġornati fuq bażi regolari.

Artikolu 45h 6.

Fejn deċiżjoni konġunta ma titteħidx fi żmien erba' xhur minħabba nuqqas ta' qbil dwar il-livell tar-rekwiżit konsolidat tal-grupp ta' riżoluzzjoni u l-livell tar-rekwiżit li għandu jiġi applikat għall-entitajiet tal-grupp ta' riżoluzzjoni fuq bażi individwali, għandu japplika dan li ġej:

(a) 

għandha tittieħed deċiżjoni dwar il-livell tar-rekwiżit li għandu jiġi applikat għas-sussidjarji tal-grupp ta' riżoluzzjoni fuq bażi individwali skont il-paragrafu 5;

(b) 

għandha tittieħed deċiżjoni dwar il-livell tar-rekwiżit konsolidat tal-grupp ta' riżoluzzjoni skont il-paragrafu 4.

Artikolu 45h 7.
Id-deċiżjoni konġunta msemmija fil-paragrafu 1 u kwalunkwe deċiżjoni meħuda mill-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni msemmijin fil-paragrafi 4, 5 u 6 fin-nuqqas ta' deċiżjoni konġunta għandhom ikunu vinkolanti fuq l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni kkonċernati.

Id-deċiżjoni konġunta u kwalunkwe deċiżjoni meħuda fin-nuqqas ta' deċiżjoni konġunta għandhom jiġu rieżaminati u fejn rilevanti aġġornati fuq bażi regolari.

Artikolu 45h 8.
L-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni, f'koordinazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti, għandhom jirrikjedu u jivverifikaw li l-entitajiet jissodisfaw ir-rekwiżit msemmi fl-Artikolu 45(1), u għandhom jieħdu kwalunkwe deċiżjoni skont dan l-Artikolu b'mod parallel mal-iżvilupp u ż-żamma tal-pjanijiet ta' riżoluzzjoni.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 11.05.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014L0059
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.