|
+Artikolu 45k 1. |
Artikolu 45k 1.Kwalunkwe ksur tar-rekwiżit minimu għall-fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli msemmi fl-Artikolu 45e jew l-Artikolu 45f għandu jiġi indirizzat mill-awtoritajiet rilevanti abbażi ta' mill-inqas wieħed minn dawn li ġejjin:
(a)
is-setgħat biex jiġu indirizzati jew imneħħija impedimenti għar-riżolvibbiltà skont l-Artikoli 17 u 18;
(b)
is-setgħat msemmijin fl-Artikolu 16a;
(c)
il-miżuri msemmijin fl-Artikolu 104 tad-Direttiva 2013/36/UE;
(d)
il-miżuri ta' intervent bikri skont l-Artikolu 27;
(e)
il-penali amministrattivi u miżuri amministrattivi oħra skont l-Artikoli 110 u 111. L-awtoritajiet rilevanti jistgħu jwettqu wkoll valutazzjoni ta' jekk l-istituzzjoni jew entità msemmija fil-punti (b), (c) u (d) tal-Artikolu 1(1) tkunx qed tfalli jew x'aktarx li tfalli, skont l-Artikolu 32, 32a jew l-Artikolu 33, kif applikabbli. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|