|
+Artikolu 45m 1. |
Artikolu 45m 1.Permezz ta' deroga mill-Artikolu 45(1), l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni għandhom jiddeterminaw il-perijodi tranżizzjonali xierqa għall-istituzzjonijiet jew entitajiet imsemmija fil-punti (b), (c) u (d) tal-Artikolu 1(1) biex jikkonformaw mar-rekwiżiti fl-Artikoli 45e jew 45f jew ma' rekwiżiti li jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-Artikolu 45b(4), (5) jew (7), kif xieraq. L-iskadenza għall-istituzzjonijiet u entitajiet biex jikkonformaw mar-rekwiżiti fl-Artikoli 45e jew 45f jew mar-rekwiżiti li jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-Artikolu 45b(4), (5) jew (7), għandha tkun l-1 ta' Jannar 2024. L-awtorità ta' riżoluzzjoni għandha tiddetermina livelli ta' mira intermedja għar-rekwiżiti fl-Artikoli 45e jew 45f jew għal rekwiżiti li jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-Artikolu 45b(4), (5) jew (7), kif xieraq, li magħhom l-istituzzjonijiet jew entitajiet imsemmija fil-punti (b), (c) u (d) tal-Artikolu 1(1) għandhom ikunu konformi fl-1 ta' Jannar 2022. Il-mira intermedja għandha, bħala regola, tiżgura żieda lineari ta' fondi proprji u ta' obbligazzjonijiet eliġibbli lejn ir-rekwiżit. L-awtorità ta' riżoluzzjoni tista' tistabbilixxi perijodu tranżizzjonali li jintemm wara l-1 ta' Jannar 2024 fejn ikun debitament iġġustifikat u adatt abbażi tal-kriterji msemmijin fil-paragrafu 7, b'kont meħud ta':
(a)
l-iżvilupp tas-sitwazzjoni finanzjarja tal-entità;
(b)
il-prospett li l-entità tkun tista' tiżgura l-konformità f'perijodu ta' żmien raġonevoli mar-rekwiżiti tal-Artikolu 45e jew 45f jew ma' rekwiżit li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-Artikolu 45b(4), (5) jew (7); u
(c)
jekk l-entità tkunx tista' tissostitwixxi l-obbligazzjonijiet li ma għadhomx jissodisfaw il-kriterji ta' eliġibbiltà u ta' maturità stipulati fl-Artikoli 72b u 72c tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-Artikolu 45b jew l-Artikolu 45f(2) ta' din id-Direttiva, u jekk le, jekk dik l-inkapaċità hijiex ta' natura idjosinkratika jew minħabba tfixkil fis-suq kollu. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|