+Artikolu 45m Arranġamenti tranżizzjonali u ta' wara riżoluzzjoni
---+Artikolu 45m 1.
---+Artikolu 45m 2.
---+Artikolu 45m 3.
---+Artikolu 45m 4.
---+Artikolu 45m 5.
---+Artikolu 45m 6.
---+Artikolu 45m 7.
---+Artikolu 45m 8.
|
Artikolu 45m Arranġamenti tranżizzjonali u ta' wara riżoluzzjoni
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 45m 1.
|
Permezz ta' deroga mill-Artikolu 45(1), l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni għandhom jiddeterminaw il-perijodi tranżizzjonali xierqa għall-istituzzjonijiet jew entitajiet imsemmija fil-punti (b), (c) u (d) tal-Artikolu 1(1) biex jikkonformaw mar-rekwiżiti fl-Artikoli 45e jew 45f jew ma' rekwiżiti li jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-Artikolu 45b(4), (5) jew (7), kif xieraq. L-iskadenza għall-istituzzjonijiet u entitajiet biex jikkonformaw mar-rekwiżiti fl-Artikoli 45e jew 45f jew mar-rekwiżiti li jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-Artikolu 45b(4), (5) jew (7), għandha tkun l-1 ta' Jannar 2024. L-awtorità ta' riżoluzzjoni għandha tiddetermina livelli ta' mira intermedja għar-rekwiżiti fl-Artikoli 45e jew 45f jew għal rekwiżiti li jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-Artikolu 45b(4), (5) jew (7), kif xieraq, li magħhom l-istituzzjonijiet jew entitajiet imsemmija fil-punti (b), (c) u (d) tal-Artikolu 1(1) għandhom ikunu konformi fl-1 ta' Jannar 2022. Il-mira intermedja għandha, bħala regola, tiżgura żieda lineari ta' fondi proprji u ta' obbligazzjonijiet eliġibbli lejn ir-rekwiżit. L-awtorità ta' riżoluzzjoni tista' tistabbilixxi perijodu tranżizzjonali li jintemm wara l-1 ta' Jannar 2024 fejn ikun debitament iġġustifikat u adatt abbażi tal-kriterji msemmijin fil-paragrafu 7, b'kont meħud ta':
(a)
l-iżvilupp tas-sitwazzjoni finanzjarja tal-entità;
(b)
il-prospett li l-entità tkun tista' tiżgura l-konformità f'perijodu ta' żmien raġonevoli mar-rekwiżiti tal-Artikolu 45e jew 45f jew ma' rekwiżit li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-Artikolu 45b(4), (5) jew (7); u
(c)
jekk l-entità tkunx tista' tissostitwixxi l-obbligazzjonijiet li ma għadhomx jissodisfaw il-kriterji ta' eliġibbiltà u ta' maturità stipulati fl-Artikoli 72b u 72c tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-Artikolu 45b jew l-Artikolu 45f(2) ta' din id-Direttiva, u jekk le, jekk dik l-inkapaċità hijiex ta' natura idjosinkratika jew minħabba tfixkil fis-suq kollu.
|
|
Artikolu 45m 2.
|
L-iskadenza għall-entitajiet ta' riżoluzzjoni biex jikkonformaw mal-livell minimu tar-rekwiżiti msemmijin fl-Artikolu 45c(5) jew (6) għandha tkun l-1 ta' Jannar 2022.
|
|
Artikolu 45m 3.
|
Il-livelli minimi tar-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 45c(5) u (6) ma għandux japplika matul is-sentejn ta' wara d-data:
(a)
li fiha l-awtorità ta' riżoluzzjoni tkun applikat l-għodda tar-rikapitalizzazzjoni interna;
(b)
li fiha l-entità ta' riżoluzzjoni tkun daħħlet fis-seħħ miżura alternattiva għas-settur privat kif imsemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 32(1) li permezz tagħha strumenti kapitali u obbligazzjonijiet oħra jkunu ġew valwati negattivament jew ikkonvertiti fi strumenti tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni, jew li fuqhom ġew eżerċitati s-setgħat ta' valwazzjoni negattiva jew ta' konverżjoni, skont l-Artikolu 59, fir-rigward tal-entità ta' riżoluzzjoni, sabiex l-entità ta' riżoluzzjoni tiġi rikapitalizzata mingħajr l-applikazzjoni tal-għodda ta' riżoluzzjoni.
|
|
Artikolu 45m 4.
|
Ir-rekwiżiti msemmijin fl-Artikolu 45b(4) u (7) kif ukoll fl-Artikolu 45c(5) u (6), kif applikabbli, ma għandhomx japplikawmatul it-tliet snin wara d-data li fiha l-entità ta' riżoluzzjoni jew il-grupp li l-entità ta' riżoluzzjoni hija parti minnu jkunu ġew identifikati bħala GSII, jew l-entità ta' riżoluzzjoni tibda tkun fil-pożizzjoni msemmija fl-Artikolu 45c(5) jew (6).
|
|
Artikolu 45m 5.
|
Permezz ta' deroga mill-Artikolu 45(1), l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni għandhom jiddeterminaw perijodu tranżizzjonali adegwat li fih issir il-konformità mar-rekwiżiti tal-Artikoli 45e jew 45f, jew ma' rekwiżit li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-Artikolu 45b(4), (5) jew (7), kif xieraq, għal istituzzjonijiet jew entitajiet imsemmija fil-punti (b), (c) u (d) tal-Artikolu 1(1) li għalihom ġew applikati l-għodod ta' riżoluzzjoni jew is-setgħa ta' valwazzjoni negattiva jew ta' konverżjoni msemmija fl-Artikolu 59.
|
|
Artikolu 45m 6.
|
Għall-finijiet tal-paragrafi 1 sa 5, l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni għandhom jikkomunikaw lill-istituzzjoni jew l-entità msemmija fil-punti (b), (c) u (d) tal-Artikolu 1(1) rekwiżit minimu għall-fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli li jkun ippjanat għal kull perijodu ta' 12-il xahar matul il-perijodu tranżizzjonali bil-ħsieb li jiġi faċilitat il-bini gradwali tal-kapaċità tal-assorbiment ta' telf u ta' rikapitalizzazzjoni tagħha. Fi tmiem il-perijodu tranżizzjonali, ir-rekwiżit minimu għall-fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli għandu jkun daqs l-ammont determinat skont Artikolu 45b(4), (5) jew (7), l-Artikolu 45c(5) jew (6), l-Artikolu 45e jew l-Artikolu 45f, kif applikabbli.
|
|
Artikolu 45m 7.
|
Meta jiġu ddeterminati l-perijodi tranżizzjonali, l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni għandhom iqisu:
(a)
il-prevalenza ta' depożiti u n-nuqqas ta' strumenti ta' dejn fil-mudell ta' finanzjament;
(b)
l-aċċess għas-swieq kapitali għal obbligazzjonijiet eliġibbli;
(c)
il-punt sa fejn l-entità ta' riżoluzzjoni tiddependi fuq il-kapitaltal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni biex jiġi ssodisfat ir-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 45e.
|
|
Artikolu 45m 8.
|
Soġġett għall-paragrafu 1, l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni ma għandhomx jiġu mwaqqfa milli sussegwentement jirrevedu jew il-perijodu tranżizzjonali inkella kwalunkwe rekwiżit minimu għall-fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli ippjanat li jkun ġie kkomunikat taħt il-paragrafu 6.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 11.05.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014L0059
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|