+Artikolu 46 Valutazzjoni tal-ammont tar-rikapitalizzazzjoni interna
---+Artikolu 46 1.
---+Artikolu 46 2.
---+Artikolu 46 3.
---+Artikolu 46 4.
|
Artikolu 46 Valutazzjoni tal-ammont tar-rikapitalizzazzjoni interna
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 46 1.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta japplikaw l-istrument tar-rikapitalizzazzjoni interna, l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jivvalutaw, fuq il-bażi ta’ evalwazzjoni li tikkonforma mal-Artikolu 36, l-aggregat ta’:
(a)
fejn ikun rilevanti, l-ammont li bih
►M3
l-obbligazzjonijiet b'kapaċità ta' rikapitalizzazzjoni interna ◄ jridu jiġu mnaqqsa sabiex jiġi żgurat li l-valur nett tal-assi tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni jkun żero; u
(b)
fejn ikun rilevanti, l-ammont li bih
►M3
l-obbligazzjonijiet b'kapaċità ta' rikapitalizzazzjoni interna ◄ jridu jiġu kkonvertiti f’ishma jew tipi oħra ta’ strumenti kapitali sabiex jiġi restawrat il-proporzjon kapitali tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni ta’ kwalunkwe wieħed minnhom:
(i)
l-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni; jew
(ii)
l-istituzzjoni transitorja.
|
|
Artikolu 46 2.
|
Il-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandha tistabbilixxi l-ammont li bih
►M3
l-obbligazzjonijiet b'kapaċità ta' rikapitalizzazzjoni interna ◄ jeħtiġilhom jiġu valwati negattivament jew ikkonvertiti sabiex jiġi restawrat il-proporzjon kapitali tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni, jew fejn applikabbli jiġi stabbilit il-proporzjon tal-istituzzjoni transitorja filwaqt li titqies kwalunkwe kontribuzzjoni ta’ kapital mill-arranġament ta’ finanzjament tar-riżoluzzjoni skont il-punt (d) tal-Artikolu 101(1) ta’ din id-Direttiva u biex tiġi sostnuta biżżejjed fiduċja tas-suq fl-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni jew l-istituzzjoni transitorja u jkun possibbli li tkompli tikkonforma fuq orizzont tal-anqas ta’ sena mal-kondizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni u twettaq l-attivitajiet li għalihom hija awtorizzata skont id-Direttiva 2006/36/UE jew id-Direttiva 2014/65/UE. Fejn l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni bi ħsiebhom jużaw l-għodda ta’ separazzjoni tal-assi msemmija fl-Artikolu 42, l-ammont li bih jeħtieġ li jitnaqqsu
►M3
l-obbligazzjonijiet b'kapaċità ta' rikapitalizzazzjoni interna ◄ għandu jqis stima prudenti tal-ħtiġijiet ta’ kapital tal-vettura tal-immaniġġjar tal-assi bħala adegwat.
|
|
Artikolu 46 3.
|
Fejn il-kapital ikun ġie valwat negattivament skont l-Artikoli 59 sa 62 u tkun ġiet applikata rikapitalizzazzjoni interna skont l-Artikolu 43(2) u l-livell ta’ valwazzjoni negattiva ibbażata fuq il-valwazzjoni preliminari skont l-Artikolu 36 jinsab li jeċċedi r-rekwiżiti meta vvalutat kontra l-valwazzjoni definittiva skont l-Artikolu 36(10), jista’ jiġi applikat mekkaniżmu ta’ żieda fil-valur biex jitħallsu lura l-kredituri u mbagħad l-azzjonisti safejn huwa neċessarju.
|
|
Artikolu 46 4.
|
L-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni għandhom jistabbilixxu u jżommu arranġamenti biex jiżguraw li l-valutazzjoni u l-valwazzjoni jkunu bbażati fuq informazzjoni dwar l-assi u l-obbligazzjonijiet tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni li tkun aġġornata u komprensiva kemm huwa raġonevolment possibbli.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 11.05.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014L0059
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|