Il-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandha tistabbilixxi l-ammont li bih
►M3
l-obbligazzjonijiet b'kapaċità ta' rikapitalizzazzjoni interna
◄ jeħtiġilhom jiġu valwati negattivament jew ikkonvertiti sabiex jiġi restawrat il-proporzjon kapitali tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni, jew fejn applikabbli jiġi stabbilit il-proporzjon tal-istituzzjoni transitorja filwaqt li titqies kwalunkwe kontribuzzjoni ta’ kapital mill-arranġament ta’ finanzjament tar-riżoluzzjoni skont il-punt (d) tal-Artikolu 101(1) ta’ din id-Direttiva u biex tiġi sostnuta biżżejjed fiduċja tas-suq fl-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni jew l-istituzzjoni transitorja u jkun possibbli li tkompli tikkonforma fuq orizzont tal-anqas ta’ sena mal-kondizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni u twettaq l-attivitajiet li għalihom hija awtorizzata skont id-Direttiva 2006/36/UE jew id-Direttiva 2014/65/UE.
Fejn l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni bi ħsiebhom jużaw l-għodda ta’ separazzjoni tal-assi msemmija fl-Artikolu 42, l-ammont li bih jeħtieġ li jitnaqqsu
►M3
l-obbligazzjonijiet b'kapaċità ta' rikapitalizzazzjoni interna ◄ għandu jqis stima prudenti tal-ħtiġijiet ta’ kapital tal-vettura tal-immaniġġjar tal-assi bħala adegwat.