Meta japplikaw is-setgħat tal-valwazzjoni negattiva jew il-konverżjoni, l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni għandhom jallokaw it-telf rappreżentat mit-total tal-ammonti msemmijin fil-punti (b) u (c) tal-Artikolu 47(3) ugwalment bejn l-istrumenti ta’ sjieda u
►M3
l-obbligazzjonijiet b'kapaċità ta' rikapitalizzazzjoni interna
◄ tal-istess livell billi jnaqqsu l-ammont prinċipali ta’, jew l-ammont pendenti pagabbli fir-rigward ta’ dawk l-istrumenti ta’ sjieda u
►M3
l-obbligazzjonijiet b'kapaċità ta' rikapitalizzazzjoni interna
◄ sal-istess punt pro rata skont il-valur tagħhom minbarra fejn tiġi permessa allokazzjoni differenti tat-telf fost l-obbligazzjonijiet tal-istess livell fiċ-ċirkostanzi speċifikati fl-Artikolu 44(3).
Dan il-paragrafu ma għandux jipprevjeni li obbligazzjonijiet li ġew esklużi mir-rikapitalizzazzjoni interna skont l-Artikolu 44(2) u (3) jirċievu trattament aktar favorevoli
►M3
mill-obbligazzjonijiet b'kapaċità ta' rikapitalizzazzjoni interna ◄ li huma tal-istess livell fi proċedimenti normali ta’ insolvenza.