+Artikolu 48 Sekwenza ta’ valwazzjoni negattiva u konverżjoni
---+Artikolu 48 1.
---+Artikolu 48 2.
---+Artikolu 48 3.
---+Artikolu 48 4.
---+Artikolu 48 5.
---+Artikolu 48 6.
---+Artikolu 48 7.

Artikolu 48 Sekwenza ta’ valwazzjoni negattiva u konverżjoni

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 48 1.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta japplikaw l-istrument ta’ rikapitalizzazzjoni interna, l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jeżerċitaw is-setgħat ta’ valwazzjoni negattiva u l-konverżjoni, soġġett għal kwalunkwe esklużjoni taħt l-Artikolu 44(2) u (3), filwaqt li jiġu sodisfatti r-rekwiżiti li ġejjin:

(a) 

Oġġetti tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni jitnaqqsu skont il-punt (a) tal-Artikolu 60(1);

(b) 

jekk, u biss jekk, it-total tat-tnaqqis skont il-punt(a) ikun anqas mit-total tal-ammonti msemmijin fil-punti (b) u (c) tal-Artikolu 47(3), l-awtoritajiet inaqqsu l-ammont prinċipali tal-istrumenti tal-Grad 1 Addizzjonali safejn ikun meħtieġ u safejn tasal il-kapaċità tagħhom;

(c) 

jekk, u biss jekk, it-total tat-tnaqqis skont il-punti (a) u (b) ikun anqas mit-total tal-ammonti msemmijin fil-punti (b) u (c) tal-Artikolu 47(3), l-awtoritajiet inaqqsu l-ammont prinċipali tal-istrumenti tal-Grad 2 Addizzjonali safejn ikun meħtieġ u safejn tasal il-kapaċità tagħhom;

(d) 

jekk, u biss jekk, it-tnaqqis totali ta’ ishma jew strumenti oħrajn ta’ sjieda u strumenti kapitali rilevanti skont il-punti (a), (b) u (c) ikun anqas mit-total tal-ammonti msemmijin fil-punti (b) u (c) tal-Artikolu 47(3), l-awtoritajiet inaqqsu sa fejn meħtieġ l-ammont prinċipali ta’ dejn subordinat li mhuwiex kapital tal-Grad Addizzjonali 1 jew 2 skont il-ġerarkija ta’ pretensjonijiet fi proċedimenti normali ta’ insolvenza, flimkien mal-valwazzjoni negattiva skont il-punti (a), (b) u (c) biex jiġi prodott biex tiġi prodotta s-somma tal-ammonti msemmija fil-punti (b) u (c) tal-Artikolu 47;

▼M3

(e) 

jekk, u biss jekk, it-tnaqqis totali ta' ishma jew strumenti oħrajn ta' sjieda, strumenti kapitali rilevanti u obbligazzjonijiet b'kapaċità ta' rikapitalizzazzjoni interna skont il-punti (a) sa (d) ta' dan il-paragrafu jkun inqas mit-total tal-ammonti msemmijin fil-punti (b) u (c) tal-Artikolu 47(3), l-awtoritajiet inaqqsu sakemm meħtieġ l-ammont prinċipali tal-bqija tal-obbligazzjonijiet b'kapaċità ta' rikapitalizzazzjoni interna, jew l-ammont pendenti pagabbli fir-rigward tagħhom, inkluż strumenti ta' dejn imsemmijin fl-Artikolu 108(3), skont il-ġerarkija ta' pretensjonijiet fi proċedimenti normali ta' insolvenza, inkluż il-klassifikazzjoni ta' depożiti prevista fl-Artikolu 108, skont l-Artikolu 44, flimkien mal-valwazzjoni negattiva skont il-punti (a) sa (d) ta' dan il-paragrafu biex jiġi prodott it-total tal-ammonti msemmijin fil-punti (b) u (c) tal-Artikolu 47(3).

▼B

Artikolu 48 2.
Meta japplikaw is-setgħat tal-valwazzjoni negattiva jew il-konverżjoni, l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni għandhom jallokaw it-telf rappreżentat mit-total tal-ammonti msemmijin fil-punti (b) u (c) tal-Artikolu 47(3) ugwalment bejn l-istrumenti ta’ sjieda u ►M3  l-obbligazzjonijiet b'kapaċità ta' rikapitalizzazzjoni interna ◄ tal-istess livell billi jnaqqsu l-ammont prinċipali ta’, jew l-ammont pendenti pagabbli fir-rigward ta’ dawk l-istrumenti ta’ sjieda u ►M3  l-obbligazzjonijiet b'kapaċità ta' rikapitalizzazzjoni interna ◄ sal-istess punt pro rata skont il-valur tagħhom minbarra fejn tiġi permessa allokazzjoni differenti tat-telf fost l-obbligazzjonijiet tal-istess livell fiċ-ċirkostanzi speċifikati fl-Artikolu 44(3).

Dan il-paragrafu ma għandux jipprevjeni li obbligazzjonijiet li ġew esklużi mir-rikapitalizzazzjoni interna skont l-Artikolu 44(2) u (3) jirċievu trattament aktar favorevoli ►M3  mill-obbligazzjonijiet b'kapaċità ta' rikapitalizzazzjoni interna ◄ li huma tal-istess livell fi proċedimenti normali ta’ insolvenza.

Artikolu 48 3.

Qabel ma japplikaw il-valwazzjoni jew konverżjoni msemmijin fil-punt (e) tal-paragrafu 1, l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni għandhom jikkonvertu jew inaqqsu l-ammont prinċipali fuq l-istrumenti msemmijin fil-punti (b), (c) u (d) tal-paragrafu 1 meta dawk l-istrumenti jkun fihom it-termini li ġejjin u ma jkunux diġà ġew konvertiti:

(a) 

termini li jipprevedu li l-ammont kapitali tal-istrument jitnaqqas fl-okkorrenza ta’ kwalunkwe avveniment li jirreferi għas-sitwazzjoni finanzjarja, is-solvenza jew il-livelli ta’ fondi proprji tal-istituzzjoni jew l-entità msemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1);

(b) 

termini li jipprevedu l-konverżjoni tal-istrumenti għal strumenti ta’ sjieda fl-okkorrenza ta’ tali każ.

Artikolu 48 4.
Fejn l-ammont kapitali ta’ strument ġie mnaqqas, iżda mhux għal żero, skont termini tat-tip imsemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 3 qabel l-applikazzjoni ta’ rikapitalizzazzjoni interna jew skont il-paragrafu 1, l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni għandhom japplikaw is-setgħat tal-valwazzjoni negattiva u l-konverżjoni fuq l-ammont residwu ta’ dik il-kapital skont il-paragrafu 1.
Artikolu 48 5.
Meta jiddeċiedu dwar jekk l-obbligazzjonijiet għandhomx jiġu valwati negattivament jew jinqalbu f’ekwità, l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni ma għandhomx jaqilbu klassi waħda ta’ obbligazzjonijiet, waqt li klassi ta’ obbligazzjonijiet li tkun subordinata għal dik il-klassi tibqa’ sostanzjalment mhux maqluba f’ekwità jew valwati negattivament, sakemm ma jkunx permess mod ieħor skont l-Artikolu 44(2) u (3).
Artikolu 48 6.
Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, l-ABE għandha, sat-3 ta’ Jannar 2016, toħroġ linji gwida skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 għal kwalunkwe interpretazzjoni marbuta mar-relazzjoni reċiproka bejn id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva u dawk tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u d-Direttiva 2013/36/UE.
Artikolu 48 7.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, għall-entitajiet imsemmijin fil-punti (a) sa (d) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 1(1), il-pretensjonijiet kollha li jirriżultaw minn entrati ta' fondi proprji jkollhom, fil-liġijiet nazzjonali tagħhom li jirregolaw il-proċedimenti ta' insolvenza normali, klassifikazzjoni ta' prijorità inferjuri għal dik ta' kwalunkwe pretensjoni li ma tirriżultax minn entrata ta' fondi proprji.

Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, sa fejn strument huwa biss parzjalment rikonoxxut bħala entrata ta' fondi proprji, l-istrument kollu għandu jiġi ttrattat bħala pretensjoni li tirriżulta minn elementi ta' fondi proprji u għandu jkollu klassifikazzjoni inferjuri minn kwalunkwe pretensjoni li ma tirriżultax minn entrata ta' fondi proprji.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 11.05.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014L0059
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.