+Artikolu 49 Derivattivi
---+Artikolu 49 1.
---+Artikolu 49 2.
---+Artikolu 49 3.
---+Artikolu 49 4.
---+Artikolu 49 5.

Artikolu 49 Derivattivi

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 49 1.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu jiġu segwiti meta l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni japplikaw is-setgħat ta’ valwazzjoni negattiva u l-konverżjoni fuq obbligazzjonijiet li jirriżultaw minn derivattivi.
Artikolu 49 2.
L-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni għandhom jeżerċitaw is-setgħat ta’ valwazzjoni negattiva u ta’ konverżjoni f’rabta ma’ obbligazzjoni li tirriżulta minn derivattiv biss malli jingħalqu d-derivattivi jew wara li jingħalqu. Mad-dħul fir-riżoluzzjoni, l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni għandhom jingħataw is-setgħa li jtemmu u jagħlqu kwalunkwe kuntratt ta’ derivattivi għal dak l-iskop.

Fejn obbligazzjoni ta’ derivattiv tkun ġiet eskluża mill-applikazzjoni tal-għodda ta’ kapitalizzazzjoni interna skont l-Artikolu 44(3), l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni m’għandhomx ikunu obbligati li jtemmu jew jagħlqu l-kuntratt tad-derivattivi.

Artikolu 49 3.
Fejn transazzjonijiet derivattivi jkunu soġġetti għal ftehim ta’ netting, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni jew evalwatur indipendenti għandu jiddetermina bħala parti mill-valwazzjoni skont l-Artikolu 36 l-obbligazzjoni li tirriżulta minn dawk it-transazzjonijiet fuq bażi netta skont it-termini tal-ftehim.
Artikolu 49 4.

L-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni għandhom jiddeterminaw il-valur tal-obbligazzjonijiet li jirriżultaw minn derivattivi skont dan li ġej:

(a) 

metodoloġiji xierqa għad-determinazzjoni tal-valur ta’ klassijiet ta’ derivattivi, inklużi tranżazzjonijiet li huma soġġetti għal ftehimiet ta’ netting;

(b) 

prinċipji biex jiġi stabbilit il-waqt rilevanti li fih għandu jiġi stabbiliti l-valur ta’ pożizzjoni ta’ derivattiv; u

(ba) 

metodoloġiji xierqa biex titqabbel il-qerda tal-valur li tirriżulta mill-għeluq u r-rikapitalizzazzjoni interna ta’ derivattivi mal-ammont ta’ telf li jiġġarrab minn derivattivi f’rikapitalizzazzjoni interna.

Artikolu 49 5.
L-ABE, wara li tikkonsulta lill-Awtorità Ewropea Superviżorja (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) (“ESMA”), stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1095/2010, għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-metodoloġiji u l-prinċipji msemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-paragrafu 4 dwar il-valwazzjoni tal-obbligazzjonijiet li jinħolqu mid-derivattivi:

Fir-rigward ta’ tranżazzjonijiet derivattivi li jkunu suġġetti għal ftehim ta’ netting, l-ABE għandha tikkunsidra l-metodoloġija għall-konklużjoni stabbilita fil-ftehim ta’ netting.

L-ABE għandha tissottometti dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-3 ta’ Jannar 2016.

Lill-Kummissjoni hija ddelegata setgħa biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 11.05.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014L0059
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.