|
+Artikolu 49 5. |
Artikolu 49 5.L-ABE, wara li tikkonsulta lill-Awtorità Ewropea Superviżorja (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) (“ESMA”), stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1095/2010, għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-metodoloġiji u l-prinċipji msemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-paragrafu 4 dwar il-valwazzjoni tal-obbligazzjonijiet li jinħolqu mid-derivattivi: Fir-rigward ta’ tranżazzjonijiet derivattivi li jkunu suġġetti għal ftehim ta’ netting, l-ABE għandha tikkunsidra l-metodoloġija għall-konklużjoni stabbilita fil-ftehim ta’ netting. L-ABE għandha tissottometti dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-3 ta’ Jannar 2016. Lill-Kummissjoni hija ddelegata setgħa biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|