+Artikolu 50 Rata tal-konverżjoni tad-dejn f’ekwità
---+Artikolu 50 1.
---+Artikolu 50 2.
---+Artikolu 50 3.
---+Artikolu 50 4.
|
Artikolu 50 Rata tal-konverżjoni tad-dejn f’ekwità
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 50 1.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jeżerċitaw is-setgħat speċifikati fl-Artikolu 59(3) u l-punt (f) tal-Artikolu 63(1), huma jkunu jistgħu japplikaw rata ta’ konverżjoni differenti għal klassijiet differenti ta’ strumenti kapitali u obbligazzjonijiet f’konformità ma’ wieħed mill-prinċipji msemmijin fil-paragrafi 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu, jew mat-tnejn.
|
|
Artikolu 50 2.
|
Ir-rata tal-konverżjoni għandha tirrappreżenta kumpens xieraq lill-kreditur affettwat għal kwalunkwe telf imġarrab permezz tal-eżerċizzju tas-setgħat tal-valwazzjoni negattiva u l-konverżjoni.
|
|
Artikolu 50 3.
|
Meta jiġu applikati rati differenti ta’ konverżjoni skont il-paragrafu 1, ir-rata ta’ konverżjoni applikabbli għal obbligazzjonijiet meqjusin bħala preferenzjali taħt il-liġi tal-insolvenza applikabbli għandha tkun ogħla mir-rata ta’ konverżjoni applikabbli għal obbligazzjonijiet subordinati.
|
|
Artikolu 50 4.
|
L-ABE għandha, sat-3 ta’ Jannar 2016, tiżviluppa linji gwida, skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, dwar l-iffissar tar-rati ta’ konverżjoni. Dawk il-linji gwida għandhom jindikaw, partikolarment, kif kredituri affettwati jistgħu jiġu kkumpensati b’permezz tar-rata tal-konverżjoni, u r-rati tal-konverżjoni relattivi li jistgħu jkunu xierqa biex jirriflettu l-prijorità ta’ obbligazzjonijiet ta’ preferenza skont il-liġi tal-insolvenza applikabbli.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 11.05.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014L0059
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|