+Artikolu 55 1.

Artikolu 55 1.

L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-istituzzjonijiet u l-entitajiet imsemmijin fil-punti (b), (c) u (d) tal-Artikolu 1(1) jinkludu terminu kuntrattwali li permezz tiegħu l-kreditur jew il-parti għall-ftehim jew l-istrument li joħloq l-obbligazzjoni jirrikonoxxu li dik l-obbligazzjoni tista' tiġi soġġetta għal setgħat ta' valwazzjoni negattiva u ta' konverżjoni u jaqblu li jkunu marbuta bi kwalunkwe tnaqqis tal-ammont prinċipali jew pendenti dovut, konverżjoni jew kanċellazzjoni li jirriżultaw mill-eżerċizzju ta' dawk is-setgħat minn awtorità ta' riżoluzzjoni, dment li dik l-obbligazzjoni tikkonforma mal-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

l-obbligazzjoni mhix eskluża taħt l-Artikolu 44(2);

(b) 

l-obbligazzjoni mhix depożitu kif imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 108;

(c) 

l-obbligazzjoni hija regolata mil-liġi ta' pajjiż terz;

(d) 

l-obbligazzjoni tinħareġ jew issir wara d-data li fiha Stat Membru japplika d-dispożizzjonijiet adottati għat-traspożizzjoni ta' din it-Taqsima.

L-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jistgħu jiddeċiedu li l-obbligu fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu ma għandux japplika għal istituzzjonijiet jew entitajiet li fir-rigward tagħhom ir-rekwiżit skont l-Artikolu 45(1) ikun daqs l-ammont ta' assorbiment ta' telf kif definit skont il-punt (a) tal-Artikolu 45c(2), dment li l-obbligazzjonijiet li jissodisfaw il-kondizzjonijiet imsemmija fil-punti (a) sa (d) tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu u li ma jinkludux it-terminu kuntrattwali msemmi f'dak is-subparagrafu ma jingħaddux għall-fini ta' dak ir-rekwiżit.

L-ewwel subparagrafu ma għandux japplika fejn l-awtorità ta' riżoluzzjoni ta' Stat Membru tiddetermina li l-obbligazzjonijiet jew l-istrumenti msemmijin fl-ewwel subparagrafu jistgħu jkunu soġġetti għal setgħat ta' valwazzjoni negattiva u konverżjoni mill-awtorità ta' riżoluzzjoni ta' Stat Membru skont il-liġi tal-pajjiż terz jew ftehim vinkolanti konkluż ma' dak il-pajjiż terz.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 11.05.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014L0059
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.