|
+Artikolu 59 1. |
Artikolu 59 1.Is-setgħa ta' valwazzjoni negattiva jew ta' konverżjoni ta' strumenti kapitali rilevanti jew obbligazzjonijiet eliġibbli tista' tiġi eżerċitata jew:
(a)
indipendentement mill-azzjoni ta' riżoluzzjoni; jew
(b)
flimkien ma' azzjoni ta' riżoluzzjoni, meta jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet għar-riżoluzzjoni speċifikati fl-Artikoli 32, 32a jew 33. Fejn strumenti kapitali rilevanti u obbligazzjonijiet eliġibbli jkunu nxtraw mill-entità ta' riżoluzzjoni b'mod indirett permezz ta' entitajiet oħrajn fl-istess grupp ta' riżoluzzjoni, is-setgħa ta' valwazzjoni negattiva jew ta' konverżjoni ta' dawk l-istrumenti kapitali rilevanti jew obbligazzjonijiet eliġibbli għandha tiġi eżerċitata flimkien mal-eżerċizzju tal-istess setgħa fil-livell tal-impriża omm tal-entità kkonċernata jew fil-livell ta' impriżi omm oħrajn li mhumiex entitajiet ta' riżoluzzjoni, sabiex it-telf effettivament jiġi trasferit lill-entità ta' riżoluzzjoni, u l-entità kkonċernata tiġi rikapitalizzata mill-entità ta' riżoluzzjoni. Wara l-eżerċizzju tas-setgħa ta' valwazzjoni negattiva jew ta' konverżjoni ta' strumenti kapitali u obbligazzjonijiet eliġibbli rilevanti indipendentement minn azzjoni ta' riżoluzzjoni, għandha titwettaq il-valwazzjoni prevista fl-Artikolu 74 u għandu japplika l-Artikolu 75. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|