+Artikolu 59 Rekwiżit għall-valwazzjoni negattiva jew għall-konverżjoni ta' strumenti kapitali rilevanti u obbligazzjonijiet eliġibbli
---+Artikolu 59 1.
---+Artikolu 59 1a.
---+Artikolu 59 1b.
---+Artikolu 59 2.
---+Artikolu 59 3.
---+Artikolu 59 4.
---+Artikolu 59 5.
---+Artikolu 59 6.
---+Artikolu 59 7.
---+Artikolu 59 8.
---+Artikolu 59 9.
---+Artikolu 59 10.
|
Artikolu 59 Rekwiżit għall-valwazzjoni negattiva jew għall-konverżjoni ta' strumenti kapitali rilevanti u obbligazzjonijiet eliġibbli
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 59 1.
|
Is-setgħa ta' valwazzjoni negattiva jew ta' konverżjoni ta' strumenti kapitali rilevanti jew obbligazzjonijiet eliġibbli tista' tiġi eżerċitata jew:
(a)
indipendentement mill-azzjoni ta' riżoluzzjoni; jew
(b)
flimkien ma' azzjoni ta' riżoluzzjoni, meta jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet għar-riżoluzzjoni speċifikati fl-Artikoli 32, 32a jew 33.
Fejn strumenti kapitali rilevanti u obbligazzjonijiet eliġibbli jkunu nxtraw mill-entità ta' riżoluzzjoni b'mod indirett permezz ta' entitajiet oħrajn fl-istess grupp ta' riżoluzzjoni, is-setgħa ta' valwazzjoni negattiva jew ta' konverżjoni ta' dawk l-istrumenti kapitali rilevanti jew obbligazzjonijiet eliġibbli għandha tiġi eżerċitata flimkien mal-eżerċizzju tal-istess setgħa fil-livell tal-impriża omm tal-entità kkonċernata jew fil-livell ta' impriżi omm oħrajn li mhumiex entitajiet ta' riżoluzzjoni, sabiex it-telf effettivament jiġi trasferit lill-entità ta' riżoluzzjoni, u l-entità kkonċernata tiġi rikapitalizzata mill-entità ta' riżoluzzjoni. Wara l-eżerċizzju tas-setgħa ta' valwazzjoni negattiva jew ta' konverżjoni ta' strumenti kapitali u obbligazzjonijiet eliġibbli rilevanti indipendentement minn azzjoni ta' riżoluzzjoni, għandha titwettaq il-valwazzjoni prevista fl-Artikolu 74 u għandu japplika l-Artikolu 75.
|
|
Artikolu 59 1a.
|
Is-setgħa ta' valwazzjoni negattiva jew ta' konverżjoni ta' obbligazzjonijiet eliġibbli indipendentement minn azzjoni ta' riżoluzzjoni tista' tiġi eżerċitata biss fir-rigward ta' obbligazzjonijiet eliġibbli li jissodisfaw il-kondizzjonijiet imsemmijin fil-punt (a) tal-Artikolu 45f(2) ta' din id-Direttiva, għajr il-kondizzjoni relatata mal-maturità residwa ta' obbligazzjonijiet kif stabbilita fl-Artikolu 72c(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. Meta tiġi eżerċitata dik is-setgħa, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-valwazzjoni negattiva jew il-konverżjoni ssir f'konformità mal-prinċipju msemmi fil-punt (g) tal-Artikolu 34(1).
|
|
Artikolu 59 1b.
|
Meta tittieħed azzjoni ta' riżoluzzjoni fir-rigward ta' entità ta' riżoluzzjoni jew, f'ċirkostanzi eċċezzjonali b'devjazzjoni mill-pjan ta' riżoluzzjoni, fir-rigward ta' entità li ma tkunx entità ta' riżoluzzjoni, l-ammont li jitnaqqas, jiġi valwat b'mod negattiv jew jiġi konvertit f'konformità mal-Artikolu 60(1) fil-livell ta' din l-entità għandu jgħodd għal-livelli limiti stipulati fl-Artikolu 37(10) u fil-punt (a) tal-Artikolu 44(5) jew fil-punt (a) tal-Artikolu 44(8) li japplikaw għall-entità kkonċernata.
|
|
Artikolu 59 2.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jkollhom is-setgħa li jivvalwaw negattivament
►M3
l-istrumenti kapitali, u obbligazzjonijiet eliġibbli kif imsemmijin fil-paragrafu 1a, ◄ rilevanti jew jikkonvertuhom fi strumenti ta’ sjieda ta’ istituzzjonijiet u ta’ entitajiet imsemmijin fil-punti (b), (c) u (d) tal-Artikolu 1(1).
|
|
Artikolu 59 3.
|
L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jeżerċitaw is-setgħa ta' valwazzjoni negattiva jew ta' konverżjoni, skont l-Artikolu 60 u mingħajr dewmien, fir-rigward ta' strumenti kapitali rilevanti, u obbligazzjonijiet eliġibbli kif imsemmija fil-paragrafu 1a, maħruġa minn istituzzjoni jew minn entità msemmija fil- punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) meta waħda jew iżjed miċ-ċirkostanzi li ġejjin japplikaw:
(a)
fejn tkun saret id-determinazzjoni li l-kondizzjonijiet għal riżoluzzjoni speċifikati fl-Artikoli 32, 32a jew 33 ġew sodisfatti, qabel ma tkun ittieħdet kwalunkwe azzjoni ta' riżoluzzjoni;
(b)
l-awtorità xierqa tiddetermina li jekk dik is-setgħa ma tiġix eżerċitata fir-rigward tal-istrumenti kapitali rilevanti, u obbligazzjonijiet eliġibbli kif imsemmija fil-paragrafu 1a, l-istituzzjoni jew l-entità msemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) ma tibqax aktar vijabbli;
▼B
(c)
fil-każ ta’ strumenti kapitali rilevanti maħruġa minn sussidjarja u fejn dawk l-istrumenti kapitali huma rikonoxxuti sabiex jiġu sodisfatti r-rekwiżiti tal-fondi proprji fuq bażi individwali u konsolidata, l-awtorità xierqa tal-Istat Membru tas-superviżur tal-konsolidazzjoni u l-awtorità xierqa tal-Istat Membru tas-sussidjarja jagħmlu determinazzjoni konġunta li tieħu l-għamla ta’ deċiżjoni konġunta f’konformità mal-Artikolu 92(3) u (4) li sakemm ma tiġix eżerċitata s-setgħa ta’ valwazzjoni negattiva u ta’ konverżjoni fir-rigward ta’ dawk l-istrumenti, il-grupp ma jibqax aktar vijabbli;
(d)
il-każ ta’ strumenti kapitali rilevanti maħruġa fil-livell tal-impriża prinċipali u fejn dawk l-istrumenti kapitali jkunu rikonoxxuti sabiex jiġu sodisfatti r-rekwiżiti ta’ fondi proprji fuq bażi individwali fil-livell tal-impriża prinċipali jew fuq bażi konsolidata, u l-awtorità xierqa tal-Istat Membru tas-superviżur tal-konsolidazzjoni tagħmel determinazzjoni li sakemm is-setgħa ta’ valwazzjoni negattiva jew ta’ konverżjoni ma tiġix eżerċitata fir-rigward ta’ dawk l-istrumenti, il-grupp mhux ser jibqa’ aktar vijabbli;
(e)
l-appoġġ pubbliku finanzjarju straordinarju huwa meħtieġ mill-istituzzjoni jew mill-entità msemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) ħlief fi kwalunkwe waħda miċ-ċirkostanzi li jidhru fil-punt (d)(iii) tal-Artikolu 32(4).
|
|
Artikolu 59 4.
|
Għall-finijiet tal-paragrafu 3, istituzzjoni jew entità msemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) jew grupp għandu jitqies li mhux aktar vijabbli biss jekk iż-żewġ kondizzjonijiet li ġejjin jiġu sodisfatti:
(a)
l-istituzzjoni jew l-entità msemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) jew il-grupp qed ifalli jew x’aktarx ifalli;
(b)
b’kont meħud taż-żmien u taċ-ċirkostanzi l-oħra rilevanti, ma hemm ebda prospett raġonevoli li xi azzjoni, inklużi miżuri alternattivi mis-settur privat jew azzjoni ta’ superviżjoni (inklużi l-miżuri ta’ intervent bikri), minbarra l-valwazzjoni negattiva jew il-konverżjoni ta’
►M3
strumenti kapitali u obbligazzjonijiet eliġibbli kif imsemmijin fil-paragrafu 1a ◄ , indipendentement jew flimkien ma’ azzjoni ta’ riżoluzzjoni, tipprevjeni l-falliment tal-istituzzjoni jew tal-entità msemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) jew tal-grupp fi żmien raġonevoli.
|
|
Artikolu 59 5.
|
Għall-finijiet tal-punt (a) tal-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu, istituzzjoni jew entità msemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) għandha titqies li qed tfalli jew x’aktarx tfalli jekk isseħħ waħda jew iżjed miċ-ċirkostanzi elenkati fl-Artikolu 32(4).
|
|
Artikolu 59 6.
|
Għall-finijiet tal-punt (a) tal-paragrafu 4, grupp għandu jitqies li qed ifalli jew x’aktarx ifalli meta l-grupp jikser jew jissussistu elementi oġġettivi li jsostnu d-determinazzjoni li l-grupp, fil-futur qrib, ser jikser ir-rekwiżiti prudenzjali konsolidati tiegħu b’mod li jiġġustifika l-azzjoni mill-awtorità kompetenti inkluż iżda mhux limitat għar-raġuni li l-grupp ikun ġarrab jew x’aktarx ser iġarrab telf li ser inaqqas il-fondi proprji tagħha kollha jew ammont sinifikattiv minnhom.
|
|
Artikolu 59 7.
|
Strument kapitali rilevanti maħruġ minn sussidjarja ma għandux jiġi valwat negattivament sa punt ulterjuri jew jiġi konvertit skont termini agħar skont il-punt (c) tal-paragrafu 3 aktar minn kemm ġew valwati negattivament jew konvertiti strumenti kapitali tal-istess klassifikazzjoni fil-livell tal-impriża prinċipali.
|
|
Artikolu 59 8.
|
Fejn awtorità xierqa tagħmel id-determinazzjoni msemmija fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, hi għandha immedjatament tinnotifika l-awtorità ta’ riżoluzzjoni responsabbli għall-istituzzjoni jew għall-entità msemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) inkwistjoni, jekk differenti.
|
|
Artikolu 59 9.
|
Qabel tagħmel id-determinazzjoni msemmija fil-punt (c) tal-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu fir-rigward ta’ sussidjarja li toħroġ l-istrumenti kapitali rilevanti li huma rikonoxxuti għall-finijiet tal-issodisfar tar-rekwiżiti tal-fondi proprji fuq bażi individwali u fuq bażi konsolidata, l-awtorità xierqa għandha tikkonforma mar-rekwiżiti ta’ notifika u konsultazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 62.
|
|
Artikolu 59 10.
|
Qabel ma jeżerċitaw is-setgħa li jiġu valwati negattivament
►M3
l-istrumenti kapitali u obbligazzjonijiet eliġibbli kif imsemmijin fil-paragrafu 1a ◄ jew jiġu konvertiti, l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni għandhom jiżguraw li titwettaq valutazzjoni tal-assi u tal-obbligazzjonijiet tal-istituzzjoni jew tal-entità msemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) skont l-Artikolu 36. Dik il-valwazzjoni se tkun il-bażi tal-kalkolu tal-valwazzjoni negattiva li għandu jiġi applikat
►M3
lill-istrumenti kapitali u obbligazzjonijiet eliġibbli kif imsemmijin fil-paragrafu 1a ◄ rilevanti sabiex jiġi assorbit it-telf u l-livell ta’ konverżjoni li għandu jiġi applikat
►M3
lill-istrumenti kapitali u obbligazzjonijiet eliġibbli kif imsemmijin fil-paragrafu 1a ◄ rilevanti għar-rikapitalizzazzjoni tal-istituzzjoni jew tal-entità msemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1).
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 11.05.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014L0059
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|