|
+Artikolu 59 3. |
Artikolu 59 3.L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jeżerċitaw is-setgħa ta' valwazzjoni negattiva jew ta' konverżjoni, skont l-Artikolu 60 u mingħajr dewmien, fir-rigward ta' strumenti kapitali rilevanti, u obbligazzjonijiet eliġibbli kif imsemmija fil-paragrafu 1a, maħruġa minn istituzzjoni jew minn entità msemmija fil- punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) meta waħda jew iżjed miċ-ċirkostanzi li ġejjin japplikaw:
(a)
fejn tkun saret id-determinazzjoni li l-kondizzjonijiet għal riżoluzzjoni speċifikati fl-Artikoli 32, 32a jew 33 ġew sodisfatti, qabel ma tkun ittieħdet kwalunkwe azzjoni ta' riżoluzzjoni;
(b)
l-awtorità xierqa tiddetermina li jekk dik is-setgħa ma tiġix eżerċitata fir-rigward tal-istrumenti kapitali rilevanti, u obbligazzjonijiet eliġibbli kif imsemmija fil-paragrafu 1a, l-istituzzjoni jew l-entità msemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) ma tibqax aktar vijabbli;
(c)
fil-każ ta’ strumenti kapitali rilevanti maħruġa minn sussidjarja u fejn dawk l-istrumenti kapitali huma rikonoxxuti sabiex jiġu sodisfatti r-rekwiżiti tal-fondi proprji fuq bażi individwali u konsolidata, l-awtorità xierqa tal-Istat Membru tas-superviżur tal-konsolidazzjoni u l-awtorità xierqa tal-Istat Membru tas-sussidjarja jagħmlu determinazzjoni konġunta li tieħu l-għamla ta’ deċiżjoni konġunta f’konformità mal-Artikolu 92(3) u (4) li sakemm ma tiġix eżerċitata s-setgħa ta’ valwazzjoni negattiva u ta’ konverżjoni fir-rigward ta’ dawk l-istrumenti, il-grupp ma jibqax aktar vijabbli;
(d)
il-każ ta’ strumenti kapitali rilevanti maħruġa fil-livell tal-impriża prinċipali u fejn dawk l-istrumenti kapitali jkunu rikonoxxuti sabiex jiġu sodisfatti r-rekwiżiti ta’ fondi proprji fuq bażi individwali fil-livell tal-impriża prinċipali jew fuq bażi konsolidata, u l-awtorità xierqa tal-Istat Membru tas-superviżur tal-konsolidazzjoni tagħmel determinazzjoni li sakemm is-setgħa ta’ valwazzjoni negattiva jew ta’ konverżjoni ma tiġix eżerċitata fir-rigward ta’ dawk l-istrumenti, il-grupp mhux ser jibqa’ aktar vijabbli;
(e)
l-appoġġ pubbliku finanzjarju straordinarju huwa meħtieġ mill-istituzzjoni jew mill-entità msemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) ħlief fi kwalunkwe waħda miċ-ċirkostanzi li jidhru fil-punt (d)(iii) tal-Artikolu 32(4). 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|