Qabel ma jeżerċitaw is-setgħa li jiġu valwati negattivament
►M3
l-istrumenti kapitali u obbligazzjonijiet eliġibbli kif imsemmijin fil-paragrafu 1a
◄ jew jiġu konvertiti, l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni għandhom jiżguraw li titwettaq valutazzjoni tal-assi u tal-obbligazzjonijiet tal-istituzzjoni jew tal-entità msemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) skont l-Artikolu 36. Dik il-valwazzjoni se tkun il-bażi tal-kalkolu tal-valwazzjoni negattiva li għandu jiġi applikat
►M3
lill-istrumenti kapitali u obbligazzjonijiet eliġibbli kif imsemmijin fil-paragrafu 1a
◄ rilevanti sabiex jiġi assorbit it-telf u l-livell ta’ konverżjoni li għandu jiġi applikat
►M3
lill-istrumenti kapitali u obbligazzjonijiet eliġibbli kif imsemmijin fil-paragrafu 1a
◄ rilevanti għar-rikapitalizzazzjoni tal-istituzzjoni jew tal-entità msemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1).