|
+Artikolu 60 3. |
Artikolu 60 3.►M3 Sabiex issir konverżjoni ta' strumenti kapitali rilevanti, u tal-obbligazzjonijiet eliġibbli kif imsemmijin fl-Artikolu 59(1a) taħt il-punti (b), (c) u (d) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jistgħu jeħtieġu li l-istituzzjonijiet u l-entitajiet imsemmijin fil-punti (b), (c) u (d) tal-Artikolu 1(1) joħorġu strumenti tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni lid-detenturi tal-istrumenti kapitali rilevanti u ta' obbligazzjonijiet bħal dawn. L-istrumenti kapitali rilevanti u obbligazzjonijiet eliġibbli tali jistgħu jiġu konvertiti biss meta jkunu sodisfatti l-kondizzjonijiet li ġejjin: ◄
(a)
dawk l-istrumenti tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni jinħarġu mill-istituzzjoni jew mill-entità msemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) jew minn impriża prinċipali tal-istituzzjoni jew mill-entità msemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1), bil-qbil tal-awtorità ta’ riżoluzzjoni tal-istituzzjoni jew tal-entità msemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) jew, fejn rilevanti, tal-awtorità ta’ riżoluzzjoni tal-impriża prinċipali;
(b)
dawk l-strumenti tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni li jinħarġu qabel kwalunkwe ħruġ ta’ strumenti ta’ sjieda minn dik l-istituzzjoni jew minn dik l-entità msemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) għall-finijiet tal-għoti ta’ fondi proprji mill-Istat jew entità governattiva;
(c)
dawk l-istrumenti tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni li jingħataw u jiġu ttrasferiti mingħajr dewmien wara l-eżerċizzju tas-setgħa ta’ konverżjoni;
(d)
ir-rata ta’ konverżjoni li tiddetermina l-għadd ta’ strumenti tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni li jiġu pprovduti fir-rigward ta’ ►M3 kull strument kapitali rilevanti, jew kull obbligazzjoni kif imsemmija fl-Artikolu 59(1a) ◄ tikkonforma mal-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 50 u ma’ kwalunkwe linja gwida żviluppata mill-ABE skont l-Artikolu 50(4). 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|