+Artikolu 60 Dispożizzjonijiet li jikkonċernaw il-valwazzjoni negattiva jew il-konverżjoni ta' strumenti kapitali rilevanti u obbligazzjonijiet eliġibbli
---+Artikolu 60 1.
---+Artikolu 60 2.
---+Artikolu 60 3.
---+Artikolu 60 4.
---+Artikolu 60 5.

Artikolu 60 Dispożizzjonijiet li jikkonċernaw il-valwazzjoni negattiva jew il-konverżjoni ta' strumenti kapitali rilevanti u obbligazzjonijiet eliġibbli

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 60 1.

Fl-osservanza tar-rekwiżit stabbilit fl-Artikolu 59, l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni għandhom jeżerċitaw is-setgħa ta’ valwazzjoni negattiva jew ta’ konverżjoni skont il-prijorità tal-pretensjonijiet taħt proċeduri normali ta’ insolvenza, b’mod li jipproduċi r-riżultati li ġejjin:

(a) 

l-elementi tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni jitnaqqsu l-ewwel, fi proporzjon tat-telf u sal-estent tal-kapaċità tagħhom u l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tieħu waħda mill-azzjonijiet speċifikati fl-Artikolu 47(1), jew it-tnejn li huma, fir-rigward tad-detenturi ta’ strumenti ta’ Grad 1 ta’ Ekwità Komuni;

(b) 

l-ammont kapitali tal-istrumenti tal-Grad 1 Addizzjonali jiġi valwat negattivament jew ikkonvertit fi strumenti ta’ Grad 1 ta’ Ekwità Komuni, jew it-tnejn, sal-punt meħtieġ biex jintlaħqu l-objettivi ta’ riżoluzzjoni stabbiliti fl-Artikolu 31 jew sal-estent tal-kapaċità tal-istrumenti kapitali rilevanti, skont liema huwa inqas;

(c) 

l-ammont kapitali tal-istrumenti tal-Grad 2 Addizzjonali jiġi valwat negattivament jew ikkonvertit fi strumenti ta’ Grad 1 ta’ Ekwità Komuni, jew it-tnejn, sal-punt meħtieġ biex jintlaħqu l-objettivi ta’ riżoluzzjoni stabbiliti fl-Artikolu 31 jew sal-estent tal-kapaċità tal-istrumenti kapitali rilevanti, skont liema huwa inqas;

▼M3

(d) 

l-ammont prinċipali ta' obbligazzjonijiet eliġibbli msemmijin fl-Artikolu 59(1a) huwa valwat negattivament jew konvertit fi strumenti tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni jew it-tnejn, sal-punt meħtieġ biex jintlaħqu l-objettivi ta' riżoluzzjoni stabbiliti fl-Artikolu 31 jew sal-punt tal-kapaċità tal-obbligazzjonijiet eliġibbli rilevanti, skont liema huwa l-inqas.

Artikolu 60 2.

Fejn l-ammont prinċipali ta' strument kapitali rilevanti jew obbligazzjoni eliġibbli kif imsemmijin fl-Article 59(1a) huma valwati negattivament:

(a) 

it-tnaqqis ta' dak l-ammont prinċipali għandu jkun permanenti, soġġett għal kwalunkwe valwazzjoni pożittiva skont il-mekkaniżmu ta' rimborż taħt l-Artikolu 46(3);

(b) 

l-ebda obbligazzjoni lejn id-detentur tal-istrument kapitali rilevanti, jew tal-obbligazzjoni eliġibbli msemmija fl-Artikolu 59(1a) ma għandha tibqa' taħt jew b'rabta ma' dak l-ammont tal-istrument, li jkun ġie valwat negattivament, għajr għal kwalunkwe obbligazzjoni diġà dovuta, u kwalunkwe obbligazzjoni għal danni li jistgħu jinħolqu bħala riżultat ta' appell li jikkontesta l-legalità tal-eżerċizzju tas-setgħa tal-valwazzjoni negattiva;

(c) 

ma jitħallas l-ebda kumpens lil ebda detentur tal-istrumenti kapitali rilevanti, jew tal-obbligazzjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 59(1a),għajr skont il-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu.

Artikolu 60 3.

►M3  Sabiex issir konverżjoni ta' strumenti kapitali rilevanti, u tal-obbligazzjonijiet eliġibbli kif imsemmijin fl-Artikolu 59(1a) taħt il-punti (b), (c) u (d) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jistgħu jeħtieġu li l-istituzzjonijiet u l-entitajiet imsemmijin fil-punti (b), (c) u (d) tal-Artikolu 1(1) joħorġu strumenti tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni lid-detenturi tal-istrumenti kapitali rilevanti u ta' obbligazzjonijiet bħal dawn. L-istrumenti kapitali rilevanti u obbligazzjonijiet eliġibbli tali jistgħu jiġu konvertiti biss meta jkunu sodisfatti l-kondizzjonijiet li ġejjin: ◄

(a) 

dawk l-istrumenti tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni jinħarġu mill-istituzzjoni jew mill-entità msemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) jew minn impriża prinċipali tal-istituzzjoni jew mill-entità msemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1), bil-qbil tal-awtorità ta’ riżoluzzjoni tal-istituzzjoni jew tal-entità msemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) jew, fejn rilevanti, tal-awtorità ta’ riżoluzzjoni tal-impriża prinċipali;

(b) 

dawk l-strumenti tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni li jinħarġu qabel kwalunkwe ħruġ ta’ strumenti ta’ sjieda minn dik l-istituzzjoni jew minn dik l-entità msemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) għall-finijiet tal-għoti ta’ fondi proprji mill-Istat jew entità governattiva;

(c) 

dawk l-istrumenti tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni li jingħataw u jiġu ttrasferiti mingħajr dewmien wara l-eżerċizzju tas-setgħa ta’ konverżjoni;

(d) 

ir-rata ta’ konverżjoni li tiddetermina l-għadd ta’ strumenti tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni li jiġu pprovduti fir-rigward ta’ ►M3  kull strument kapitali rilevanti, jew kull obbligazzjoni kif imsemmija fl-Artikolu 59(1a) ◄ tikkonforma mal-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 50 u ma’ kwalunkwe linja gwida żviluppata mill-ABE skont l-Artikolu 50(4).

Artikolu 60 4.
Għall-finijiet tal-forniment ta’ strumenti tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni, skont il-paragrafu 3, l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jistgħu jeħtieġu lill-istituzzjonijiet u lill-entitajiet imsemmija fil-punti (b), (c) u (d) tal-Artikolu 1(1) biex f’kull ħin iżommu l-awtorizzazzjoni meħtieġa minn qabel biex joħorġu l-għadd rilevanti ta’ strumenti fil-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni.
Artikolu 60 5.
Fejn istituzzjoni tissodisfa l-kondizzjonijiet għal riżoluzzjoni u l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tiddeċiedi li tapplika strument ta’ riżoluzzjoni lil dik l-istituzzjoni, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni għandha tikkonforma mar-rekwiżit stabbilit fl-Artikolu 59(3) qabel tapplika l-għodda ta’ riżoluzzjoni.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 11.05.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014L0059
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.