+Artikolu 61 Awtoritajiet responsabbli mid-determinazzjoni
---+Artikolu 61 1.
---+Artikolu 61 2.
---+Artikolu 61 3.
---+Artikolu 61 4.

Artikolu 61 Awtoritajiet responsabbli mid-determinazzjoni

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 61 1.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet responsabbli biex isiru d-determinazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 59(3) huma dawk stabbiliti f’dan l-Artikolu.
Artikolu 61 2.
Kull Stat Membru għandu jinnomina fil-leġiżlazzjoni nazzjonali l-awtorità xierqa li ser ikollha r-responsabbiltà li tagħmel determinazzjonijiet skont l-Artikolu 59. L-awtorità xierqa tista’ tkun l-awtorità kompetenti jew l-awtorità ta’ riżoluzzjoni, skont l-Artikolu 32.
Artikolu 61 3.
Fejn l-istrumenti kapitali rilevanti huma rikonoxxuti sabiex jiġu sodisfatti r-rekwiżiti ta’ fondi proprji skont l-Artikolu 92 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 fuq bażi individwali, l-awtorità responsabbli biex tagħmel id-determinazzjoni msemmija fl-Artikolu 59(3) ta’ din id-Direttiva għandha tkun l-awtorità xierqa tal-Istat Membru fejn l-istituzzjoni jew l-entità msemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) ġiet awtorizzata skont it-Titolu III tad-Direttiva 2013/36/UE.

Fejn l-istrumenti kapitali rilevanti, jew l-obbligazzjonijiet eliġibbli kif imsemmijin fl-Artikolu 59(1a) ta' din id-Direttiva, huma rikonoxxuti għall-finijiet li jkun sodisfatt ir-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 45f(1) ta' din id-Direttiva fuq bażi individwali, l-awtorità responsabbli biex tagħmel id-determinazzjoni msemmija fl-Artikolu 59(3) ta' din id-Direttiva għandha tkun l-awtorità xierqa tal-Istat Membru fejn l-istituzzjoni jew l-entità msemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) ta' din id-Direttiva tkun ġiet awtorizzata skont it-Titolu III tad-Direttiva 2013/36/UE.

Artikolu 61 4.

Fejn strumenti kapitali rilevanti jinħarġu minn istituzzjoni jew minn entità msemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) li tkun sussidjarja u jkunu rikonoxxuti sabiex jiġu sodisfatti r-rekwiżiti ta’ fondi proprji fuq bażi individwali u fuq bażi konsolidata, l-awtorità responsabbli biex tagħmel id-determinazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 59(1) għandha tkun:

(a) 

l-awtorità xierqa tal-Istat Membru fejn l-istituzzjoni jew l-entità msemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) ta’ din id-Direttiva li ħarġet dawk l-istrumenti ġiet stabbilita skont it-Titolu III tad-Direttiva 2013/36/UE għandha tkun responsabbli biex isiru d-determinazzjonijiet imsemmija fil-punti (b) tal-Artikolu 59(3) ta’ din id-Direttiva;

(b) 

l-awtorità xierqa tal-Istat Membru tas-superviżur tal-konsolidazzjoni u l-awtorità xierqa tal-Istat Membru fejn l-istituzzjoni jew l-entità msemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) ta’ din id-Direttiva li ħarġet dawk l-istrumenti ġiet stabbilita skont it-Titolu III tad-Direttiva 2013/36/UE għandha tkun responsabbli biex tagħmel id-determinazzjoni konġunta li tieħu l-għamla ta’ deċiżjoni konġunta msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 59(3) ta’ din id-Direttiva.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 11.05.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014L0059
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.