|
+Artikolu 61 4. |
Artikolu 61 4.Fejn strumenti kapitali rilevanti jinħarġu minn istituzzjoni jew minn entità msemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) li tkun sussidjarja u jkunu rikonoxxuti sabiex jiġu sodisfatti r-rekwiżiti ta’ fondi proprji fuq bażi individwali u fuq bażi konsolidata, l-awtorità responsabbli biex tagħmel id-determinazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 59(1) għandha tkun:
(a)
l-awtorità xierqa tal-Istat Membru fejn l-istituzzjoni jew l-entità msemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) ta’ din id-Direttiva li ħarġet dawk l-istrumenti ġiet stabbilita skont it-Titolu III tad-Direttiva 2013/36/UE għandha tkun responsabbli biex isiru d-determinazzjonijiet imsemmija fil-punti (b) tal-Artikolu 59(3) ta’ din id-Direttiva;
(b)
l-awtorità xierqa tal-Istat Membru tas-superviżur tal-konsolidazzjoni u l-awtorità xierqa tal-Istat Membru fejn l-istituzzjoni jew l-entità msemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) ta’ din id-Direttiva li ħarġet dawk l-istrumenti ġiet stabbilita skont it-Titolu III tad-Direttiva 2013/36/UE għandha tkun responsabbli biex tagħmel id-determinazzjoni konġunta li tieħu l-għamla ta’ deċiżjoni konġunta msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 59(3) ta’ din id-Direttiva. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|